Photos: The Auxiliary Bishop's Pastoral Visit to Ħal Għargħur Parish

  • Bejn it-30 ta' Mejju u u t-2 ta' Ġunju 2019, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi għamel Viżta Pastorali fil-Parroċċa ta’ San Bartilmew f'Ħal Għargħur.

    Waqt il-Viżta Pastorali l-Isqof Galea-Curmi ltaqa’ mar-residenti ta’ Ħal Għargħur u bierek għadd ta’ familji fid-djar tagħhom bħala parti mill-programm tal-parroċċa għat-tberik tal-Għid. Matul il-Viżta l-Isqof iċċelebra Quddiesa fil-knisja parrokkjali u matulha amministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lil 29 adolexxent. Fl-erbat ijiem li qatta’ fil-parroċċa, l-Isqof iltaqa’ mat-tfal, mal-katekisti u mal-operaturi pastorali kif ukoll iċċelebra Quddiesa fil-Knisja ta’ Santa Marija tal-Anġli f’Baħar iċ-Ċagħaq. Huwa ltaqa’ wkoll mas-sorijiet u l-patrijiet Franġiskani li jagħtu sehem f’Ħal Għargħur.