• Patri Arnaldo Pangrazzi kien il-mistieden tal-Ordni tal-Kamilljani biex jindirizza lis-saċerdoti li qed jagħtu kontribut essenzjali fl-akkumpanjament pastorali ta’ persuni anzjani.

    Għal din il-laqgħa attendew saċerdoti li jagħmlu żjaratr fid-djar tan-nies u jqarbnu l-morda u oħrajn li jagħtu servizz pastorali fi djar tal-anzjani (tal-Knisja, privati, jew tal-Istat) permezz ta’ quddies, qrar u servizzi pastorali oħra. Attendew saċerdoti li għandhom ir-responsabbiltà diretta tal-pastorali mal-anzjani u dawk li qegħdin fl-aħħar fażi tal-ħajja tagħhom.

    Arnaldo Pangrazzi tkellem fuq l-akkumpanjament pastorali tal-anzjani fl-aħħar fażi tal-ħajja. Indirizza l-isfidi u l-opportunitajiet f’din il-fażi u spjega kif wieħed għandu jagħti l-kontribut tiegħu bħala saċerdot.

    Din il-laqgħa ġiet organizzata mill-Vigarjat għall-Kleru u l-Parroċċi flimkien mad-Djar tal-Knisja għall-Anzjani fi ħdan l-Arċidjoċesi ta’ Malta u saret ġewwa St Joseph Retreat House, r-Rabat Malta.