• “San Tumas More spiċċa martri għax kien onest u għaldaqstant dan il-qaddis għandu jkun ta’ eżempju għal kull wieħed u waħda minna, u għalhekk min verament jixtieq jimxi b’moralità, illum hawn ħafna modi biex ikun jista’ jiddefendi lilu nnifsu, iżda nfakkar li moralità waħda hemm: il-verità”, qal l-Ispeaker Anġlu Farrugia waqt it-tnedija ta’ pubblikazzjoni oħra mill-Parlament, ‘Jiena Thomas’.

    L-Ispeaker faħħar il-ħidma u r-riċerka ta’ Patri Thomas Moore dwar il-qaddis Thomas More u qal li din il-pubblikazzjoni għandha tkun ta’ interess għal dawk interessati fil-politika u li jservu minn din l-istituzzjoni tant prestiġjuża hekk kif fakkar li l-Papa Ġwanni Pawlu II fis-sena 2000, nhar il-31 ta’ Ottubru, kien iddikjara lil dan il-qaddis bħala l-Patrun tal-Politiċi u tal-Istatisti.

    Il-konferenza ġiet indirizzata wkoll mill-awtur tal-ktieb Patri Thomas Moore, mid-Deputy Speaker Claudette Buttigieg u mid-Deputat Whip tal-Oppożizzjoni Frederick Azzopardi.

    0

     Advanced issues found