The Pope meets with Maltese altar boys

  • B’tifkira tal-qaddis San Ġwann Maria Vianney, il-Papa Franġisku ltaqa’ ma’ grupp ta’ abbatini Maltin li telgħu jservu fil-Vatikan, ħadilhom b’idhom u talab magħhom. Wara li ttieħed ir-ritratt ta’ tifkira, il-Papa staqsa lill-abbatini jekk humiex jieklu tajjeb. Abbati minnhom qallu: “U kif!”
    L-abbatini offrew donazzjoni sabiħa għall-fond tal-karità tal-Papa. Magħha kien hemm offerta oħra ta’ kappillan.
    Iż-żjara tal-Abbatini fil-Vatikan kienet organizzata minn Dun Frans Bonnici, bl-assistenza ta’ Keith Tabone.