• Waqt il-festa ta’ Santa Elena f’Birkirkara, l-Isqof Joseph Galea-Curmi ltaqa’ mal-parruċċani kif ukoll żar Circolo San Ġwakkin, fejn iltaqa’ ma’ grupp imdaqqas miż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK) ta’ Birkirkara. Wara ġie akkumpanjat mill-Kapitlu tal-Kolleġjata Elenjana fir-repożizzjoni tar-relikwa ta’ Santa Elena. Wara l-Isqof ta l-Barka Sagramentali fil-Bażilika ta’ Santa Elena.