Statement by the Archbishop's Curia on Gozo Bishop Mario Grech

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Awżiljajru Joseph Galea-Curmi jifirħu lill-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech għall-ħatra tiegħu mill-Q.T. il-Papa Franġisku, bħala Prosegretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet. Huma jirringrazzjaw mill-qalb lill-Isqof Grech għall-ħidma tiegħu tul dawn l-aħħar 14-il sena, kemm bħala ragħaj tad-Djoċesi ta’ Għawdex kif ukoll bħala kollaboratur ewlieni fil-Konferenza Episkopali Maltija.

    L-Arċisqof Scicluna u l-Isqof Galea-Curmi jwiegħdu t-talb tagħhom u tal-Knisja f’Malta għall-Isqof Mario Grech u għad-Djoċesi ta’ Għawdex.

    .