Photos: The episcopal ordination of Archbishop Antoine Camilleri

  • L-ordinazzjoni episkopali mill-Papa Franġisku ta’ Mons. Antoine Camilleri, Arċisqof Titulari, li saret ilbieraħ filgħaxija fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. Flimkien mal-Arċisqof Camilleri ġew ordnati tliet isqfijiet oħra: patri Ġiżwita Kanadiz imwieled ir-Repubblika Ċeka u żewġ saċerdoti djoċesani Taljani.

    Preżenti għall-Quddiesa tal-ordinazzjoni: il-Kardinal Prospero Grech, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, l-Isqof Mario Grech, numru ta’ saċerdoti Maltin, qraba ta’ Mons. Camilleri u għadd ta’ persuni mill-parroċċa tiegħu, dik ta’ Stella Maris, Tas-Sliema.

    L-Arċisqof Antoine Camilleri, li fl-2013 inħatar sottosegretarju tas-Santa Sede għar-Relazzjonijiet bejn l-Istati, issa ser ikun qed iservi bħala Nunzju Appostoliku.

    Fir-ritratt jidhru (mix-xellug): Dun Jesmond Manicaro, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Arċisqof Antoine Camilleri, l-Isqof Galea-Curmi u Dun Gordon Refalo. Huma lkoll, ħlief Mons. Scicluna, ġew ordnati saċerdoti fl-istess sena, jiġifieri fl-1991.

    .