Homilies by the Auxiliary Bishop

Let’s appreciate the value of life – Bishop Galea Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ma fehmux x’ried jgħidilhom” (Ġw 10:6). Dan huwa li naqraw fl-Evanġelju skont San Ġwann meta Ġesù kien qed ikellem lin-nies bil-parabboli u huma ma fehmuhx. Mhijiex l-ewwel darba li ma fehmux. Ġesù kien qed ifisser kif hu r-ragħaj it-tajjeb, imbagħad ikompli jispjega wkoll kif hu l-bieb tan-ngħaġ. Jispjegalhom bil-parabboli, imma huma ma fehmux. Imma fl-aħħar jgħidilhom xi ħaġa li nixtieq li llum nieqfu speċjalment fuqha għaliex tiġbor ħafna l-missjoni ta’ Ġesù fost in-nies: “Jien ġejt biex ikollkom il-ħajja, u l-ħajja bil-kotra” (Ġw 10:10)… Read more »

He loved us with so much care – Bishop Galea-Curmi

  Saint Publius Church, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Araw b’liema għożża ħabbna l-Missier” (1 Ġw 3:1). Dan hu li smajna llum fl-Ewwel Ittra ta’ San Ġwann Appostlu, u dan hu l-messaġġ importanti li jrid iwassal lilna Ġesù, lil kull wieħed u waħda minna llum, meta jitkellem fuqu nnifsu bħala r-ragħaj it-tajjeb. Ġesù jgħid: “Jiena r-ragħaj it-tajjeb” (Ġw 10:11).

Għaliex jgħid li hu “t-tajjeb”? Hemm rgħajja ħżiena? Fi żmien Ġesù kien hemm rgħajja li ma kinux jaqdu r-responsabbiltà tagħhom b’mod tajjeb… Read more »

The question we must ask – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Marru lejn Kafarnahum ifittxu lil Ġesù” (Ġw 6:24). Hekk naqraw fuq dawn in-nies fl-Evanġelju skont San Ġwann. Naraw din il-ħerqa kbira li kellhom biex isibu lil Ġesù. Fil-fatt l-Evanġelju jgħid li kien hemm dgħajsa waħda u raw li Ġesù ma kienx fiha, imbagħad stennew, ġew id-dgħajjes minn Tiberija u lanqas hemm ma kien Ġesù, imma tant riedu jsibu lil Ġesù li telgħu fuq id-dgħajjes huma u marru lejn Kafarnahum biex ifittxu lil Ġesù… Read more »

Serenity and courage – Bishop Galea-Curmi

  Pax et Bonum, Mosta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Is-sliem għalikom” (Lq 24:36). Din hija t-tislima li jagħti Ġesù meta jidher lid-dixxipli tiegħu wara li qam mill-mewt. U kull meta jiltaqa’ magħhom, dejjem jagħtihom din it-tislima: “is-sliem għalikom”. Hija mhux biss tislima, imma hi fil-fatt realtà, għaliex Ġesù hu dak li jġib tassew il-paċi fil-qalb tad-dixxipli tiegħu. Niftakru li kien qalilhom dan fl-Aħħar Ċena, bħalma naqraw fl-Evanġelju skont San Ġwann: “Jien inħallilkom is-sliem… Read more »

With a big heart – Bishop Galea-Curmi

  Saint Publius Parish Church, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fil-ġrajja mqallba tat-tempesta li fiha sab ruħu l-ġifen li fuqu kien hemm Pawlu, li spiċċa f’nawfraġju ma’ gżira “jisimha Malta” (Atti 28:1), żgur li jolqotna ħafna l-Prinċep tal-gżira, Publju. Ftit hemm fuqu fl-Atti tal-Appostli, imma l-ftit li hemm jgħidilna ħafna fuq Publju li bir-raġun inqimuh bħala Patrun mhux biss tal-Furjana imma ta’ Malta.

Nixtieq li nsemmi tliet punti li joħorġu b’mod tant ċar fir-rakkont tal-Atti tal-Appostli, u li huma ta’ għajnuna għalina f’ħajjitna… Read more »

God wants the little we can give – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Mnejn nixtru l-ħobż biex dawn ikollhom x’jieklu?” (Ġw 6:5) Dan huwa l-kliem ta’ Ġesù li qal lil Filippu, u din hija l-ewwel reazzjoni ta’ Ġesù meta ra l-kotra ta’ nies ġejja lejh. Ġesù u d-dixxipli kienu marru u qagħdu bilqiegħda fuq l-għolja. Ra dawn in-nies ġejjin. Ir-reazzjoni tiegħu ma kinetx: Marelli, reġgħu ġew, ara x’ġej! Imma kienet li jagħraf il-bżonn tagħhom ta’ dak il-ħin: kellhom bżonn jieklu. 

Meta staqsa dil-mistoqsija lil Filippu “mnejn nixtru l-ħobż” ma kinetx għax ried risposta minn Filippu biex jgħidlu fejn se jmur ħa jixtri… Read more »

Mother to our Saviour – Bishop Galea-Curmi

  Parish Church, Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Waħda mill-espressjonijiet li tisma’ fil-Festa tal-Lunzjata – rajtha wkoll miktuba – hija “Viva Omm is-Salvatur”. Naturalment, għandi nifhem li għal ħafna jkun hemm intenzjoni retta f’din l-espressjoni, imma nixtieq li niffoka fuqha fil-Festa tal-Lunzjata ta’ din is-sena u naraw x’tgħallimna.

Marija tmexxina lejn Ġesù

L-ewwel nett, Marija hija tassew Omm Ġesù li hu s-Salvatur tagħna. Fil-festa tal-lum, għandna l-mument meta hi aċċettat li ssir omm… Read more »

A heart full of mercy – Bishop Galea-Curmi

  Sanctuary of the Divine Mercy, Naxxar

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ġib sebgħek hawn u ara jdejja, u ressaq idek u qegħedha fuq ġenbi” (Ġw 20:27). Dan huwa l-kliem li Ġesù jgħid lil Tumas meta jidher lit-tnax tmint ijiem wara l-qawmien tiegħu mill-mewt. Kull sena, fit-Tieni Ħadd tal-Għid, nisimgħu din l-istorja ta’ kif l-ewwel darba li Ġesù deher lid-dixxipli tiegħu flimkien, Tumas ma kienx hemm. Dak inhar l-Evanġelju jgħid li Ġesù wriehom idejh u ġenbu, jiġifieri s-sinjali tal-pjagi tiegħu, il-konferma li hu dak li kien imsallab imma issa qam mill-mewt… Read more »

A word that makes all the difference – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Dak il-lejl ma qabdu xejn” (Ġw 21:4). Dan hu li naqraw fl-Evanġelju skont San Ġwann fuq dawn id-dixxipli ta’ Ġesù li marru jistadu. Kien Pietru, li f’dan ir-rakkont hu diġà meqjus bħala l-kap tagħhom, li qal “sejjer nistad” (Ġw 21:3). U s-sitta l-oħra – kienu sebgħa b’kollox – marru biex jistadu. Imma dak il-lejl ma qabdu xejn.

Meta sebaħ, jaraw lil xi ħadd fuq ix-xatt li għall-bidu ma għarfuhx li kien Ġesù… Read more »

Church encourages organ donation

Organ donation saves lives. However, one of the main challenges in organ donation in many parts of the world is that the demand for organs far exceeds their supply. This means many lives are lost each year, because there are not enough organs available for all those who need them. 

The Church considers organ donation as an act of love. It highlights the need for organ donors and encourages Christians to view this as a challenge to their generosity and self-giving… Read more »