Archbishop’s Homilies

Archbishop’s Holy Thursday message: Let us serve one another

The commemoration of the Last Supper of Christ

  St John's Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il‑kalċi mbierek huwa xirka mad‑demm ta’ Kristu (Salm 115). Id‑demm hu l‑ħajja u allura meta llum niddikjaraw u llum b’mod speċjali nfakkru b’mod solenni x‑xirka tagħna mal‑kalċi mbierek, nifhmu wkoll ix‑xirka tagħna mal‑ħajja ta’ Ġesù u nilqgħu mingħandu d‑don tal‑ħajja.

L‑Ewkaristija hija dik li tgħaqqadna miegħu. F’kapitlu 6 ta’ San Ġwann, Ġesù jinsisti li hu ġie fid‑dinja bħala l‑ħobż tal‑ħajja… Read more »

The Archbishop to the priests: we are servants of a flock that is not ours

Chrism Mass on Maudy Thursday

  St John's Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Lil dak li ħabbna, u li ħallna minn dnubietna, bis-saħħa ta’ demmu, u li għamilna saltna, qassisin għal Alla tiegħu u Missieru, lilu l-glorja u s-setgħa għal dejjem ta’ dejjem” (Apok1:5-6). Dawn il-kliem mill-Apokalissi ta’ San Ġwann li qrajna llum nixtieq nipproponihom lilna s-saċerdoti, b’mod speċjali, f’dan il-jum li fih il-Knisja tibda tiġġedded bit-tberik taż-żjut qaddisa. Aħna nġeddu l-impenn saċerdotali tagħna u mil-lejla sal-Għid qaddis tal-Mulej, fit-Tridu tal-Għid, ngħixu mill-qrib dik l-iskola tal-imħabba u ħniena li għallimna Ġesù… Read more »

Even in our darkest moments, the Lord is there for us – The Archbishop on Palm Sunday

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ippermettuli noffri riflessjoni qasira ispirata minn dan ir-rakkont kommoventi tal-Passjoni tas-Sinjur tagħna Sidna Ġesù Kristu skont San Mark.

First of all I would like to greet our English speaking friends who are with us today as we start the solemn celebration of Holy Week and Palm Sunday, the Sunday dedicated to the Passion of our Lord Jesus Christ… Read more »

On this day let us no longer hold grudges against one another – Archbishop

  Beacon Media Offices, Blata l-Bajda

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu” (Ġw 19:27). Aħna qegħdin nagħmlu din it-tifkira, biex nidħlu f’dan l-atteġġjament tad-dixxiplu l-maħbub; li jilqa’ għandu lil Marija ta’ Nazaret, il-mamà ta’ Ġesù. U niftakru fil-messaġġ li l-anġlu kien ta lir-raġel tagħha, lil Ġużeppi, meta f’mument ta’ diffikultà kbira għall-omm, li ħarġet tqila bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, u riedet tispjega lil żewġha x’ġara. Tingħata l-għajnuna mingħand l-anġlu tal-Mulej, li lil Ġużeppi jgħidlu: “Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tilqa’ għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu” (Mt 1:20)… Read more »

St Joseph: a righteous man who learned to trust in the Lord – The Archbishop

Mass on the feast of St Joseph

  The Church of the Nativity of Our Lady (Ta' Ġieżu), Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tieħu għandek lil martek Marija” (Mt 1:20). Min hu dan Ġużeppi? L-Evanġelista San Mattew jgħidilna li kien bin David, min-nisel ta’ David.  Għalhekk il-belt ta’ missirijietu kienet Betlehem. Imma hu raġel, li għażel li jgħix f’belt ċkejkna, jisimha Nazaret, belt tal-Galilija u mhux tal-Lhudija; belt li ma kellhiex fama mill-aqwa. “Tista’ toħroġ xi ħaġa tajba minn Nazaret?” (Ġw 1:46); l-ebda profeta ma jista’ joħroġ minn Nazaret… Read more »

“Love is not superficial; it is also a thorn in one’s flesh” – The Archbishop

Mass on the 5th Sunday of Lent

  Parish Church of St Leonard, Ħal Kirkop

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Is-silta li għadna kemm smajna u li qara Dun Martin Cardona, il-kappillan, tibda propju bil-kurżità ta’ xi Griegi li ma kinux Lhud, ma kellhomx il-fidi tal-poplu Lhudi, kienu pagani imma jisimgħu b’dan ir-raġel li qiegħed jgħallem, ifejjaq, u li jqajjem ukoll lin-nies mill-imwiet. Dan għaliex il-qari li smajna llum mill-Evanġelju ta’ San Ġwann iseħħ wara li Ġesù jqajjem lill-ħabib tiegħu Lazzru mill-imwiet… Read more »

God has given us everything so those who believe in him will not be lost – The Archbishop

Mass on the fourth Sunday of Lent

  The Parish Church of St Andrew's, Luqa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jibda tixbiha għażiża ħafna għalina f’dawn il-jiem tar-Randan meta fid-djar tagħna, fis-soċjetajiet kulturali u filarmoniċi tagħna, fl-ambjenti tagħna nerfgħu x-xbieha sabiħa għażiża  tas-salib. Hi tradizzjoni sabiħa li kull Randan timlieni b’faraġ kbir u hi espressjoni mhux biss kulturali imma tal-imħabba li aħna għandna lejn Ġesù li ta ħajtu għalina.

“Kif Mosè refa’ s-serp fid-deżert hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem” (Ġw 3:14)… Read more »

Jesus is working to purify us from a perceived ‘religion of exchange’ – The Archbishop

Mass on the third Sunday of Lent

  The Parish of St Joseph, Kalkara

L-episodju li għadna kemm smajna hu episodju tant importanti fil-ħajja ta’ Ġesù li nsibuh fl-erba’ evanġelji. Mhux kollox insibu fl-erba’ evanġelji imma hemm ċerti affarijiet bħall-mewt ta’ Ġesù, il-qawmien tiegħu mill-imwiet li huma tant importanti li nsibuhom fl-Evanġelju ta’ San Mattew, ta’ San Mark, ta’ San Luqa u ta’ San Ġwann.

Din is-silta li għadna kemm smajna hi mill-Evanġelju skont San Ġwann. Id-differenza bejn l-evanġelji hi meta jpoġġu dan l-inċident… Read more »

We pray to God to break down the many walls that separate us – The Archbishop on the feast of St Paul

Mass on the transferred feast of St Paul

  The Collegiate of St Paul's Shipwreck, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kif tidħol f’dan it-tempju għażiż, u tħares il-fuq, tara pittura sabiħa tal-Palumbi, tal-1902, li din is-sena ġiet ukoll riprodotta fil-qoxra tal-programm tal-festa ta’ din is-sena. U li fiha l-artist bravu jżejjen lil din il-Knisja bl-arti tiegħu, jippreżentalna x-xena ta’ Pawlu, l-Appostlu Missierna, li jippreżenta lil Malta, lilna, lil Ġesù. Malta, imlibbsa bl-oħla dija, biex nissellef il-kliem sabiħ tal-poeta nazzjonali Dun Karm, miktub għoxrin sena wara, fl-1922 – ‘Bl-oħla dawl libbist’… Read more »

“In Lent, we discover God as the Father who does not want to leave us” – The Archbishop on Ash Wednesday

Mass on Ash Wednesday

  The Church of the Immaculate Conception (Sarria), Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Waħda mill-affarjiet li jolqtuni f’dan il-qari li kull sena nibdew bih ir-Randan huwa li Ġesù jagħtina t-tliet għemejjel tar-Randan: il-karità, it-talb u s-sawm. Il-karità tħares lejn il-proxxmu; it-talb hu r-relazzjoni tagħna ma’ Alla; u s-sawm hu kif nieħdu ħsieb tagħna nfusna b’ħajja sobrjetà u ta’ kontroll tagħna nfusna. Is-sawm mhuwiex li tgħakkes lilek innifsek b’mod mażokista imma li tieħu ħsiebek bi stil ta’ ħajja mrażżna, il-bilanċ tal-ħajja… Read more »