Valur imprezzabbli


  • Ta’ Cini Institute twaqqaf minn mara lajka, Adelaide Cini (1838 – 1885), li bdiet moviment missjunarju ġdid fost il-ħafna bniet abbandunati ta’ żmienha, mill-klassijiet il-fqar tas-soċjetà Maltija, u waqqfet konservatorju għall-bniet l-aktar fil-bżonn. L-azzjoni konkreta li ħadet wasslet ukoll biex tiġi ddikjaratha venerabbli mill-Papa Piju X fit-23 ta’ Frar 1910.

    Il-Knisja f’Malta għaddiet il-bini li kien jospita dan l-istitut lil Hospice Malta sabiex jinbidel f’St Michael Hospice, ċentru modern għal kura paljattiva li se jkompli fil-passi ta’ dak li bdiet Adelaide Cini u jgħin lill-persuni li huma vulnerabbli u l-aktar fil-bżonn.

    Waqt ċerimonja li nżammet fil-festa tal-Arkanġlu San Mikiel, l-Arċisqof Charles J. Scicluna awgura li kull min ser jidħol f’dan il-post iħoss li daħal f’dar il-kenn, f’ambjent fejn hu milqugħ, mifhum u mgħejjun, f’ambjent fejn iħossu rispettat fid-dinjità tiegħu anke jekk forsi f’għajnejn is-soċjetà ma baqagħlux iżjed x’jagħti. “Nemmnu li kull persuna, sal-aħħar nifs ta’ ħajjitha, għandha valur li m’għandux prezz”.

    Agħfas hawn biex taqra d-diskorsi fiċ-ċerimonja tal-għoti uffiċjali ta’ Cini Institute lil Hospice Malta.

    1



Filmati fuq YouTube