time dedicated to reflection and

Nhar l-Erbgħa, 4 ta’ Awissu, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħa sehem, flimkien mal-kappillani, fiċ-ċelebrazzjoni fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġwann Marija Vianney, Qaddis protettur tal-Kappillani, fiċ-Ċentru Pastorali tal-Imtarfa. F’din l-attivita’, li ssir ta’ kull sena, ġew iddedikati xi mumenti għal riflessjoni, preżentazzjoni dwar il-ħajja tal-Qaddis, kif ukoll adorazzjoni u qsim ta’ esperjenzi ta’ tliet lajċi mpenjati fl-istess parroċċa. Iċ-ċelebrazzjoni għalqet b’rużarju meditat, immexxi mill-istess grupp ta’ lajċi.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.