L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Mario Mangion bħala kappillan tal-Parroċċa Madonna ta’ Pompei, f’Marsaxlokk.

Dun Mario twieled is-Siġġiewi fit-18 ta’ Mejju, 1981. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fil-kulleġġ ta’ Santu Wistin u wara fil-fakulta ta’ Teoloġija, fl-Universita’ ta’ Malta. Ġie ordnat saċerdot fl-1 ta’ Lulju 2007. L-ewwel esperjenza pastorali tiegħu kienet fil-parroċċa taż-Żejtun, fejn ilu viċi-arċipriet għal dawn l-aħħar sentejn.