Nhar il-Ġimgħa, 13 ta’ Awwissu, 2010 il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ) inawgurat il-programm tal-World Youth Day 2011, li se jilħaq il-qofol tiegħu f’Awwissu s-sena d-dieħla, f’Madrid. Mijiet ta’ żgħàżagħ attendew il-ftuħ uffiċjali biex ikunu minn ta’ l-ewwel li jiġbru l-applikazzjoni biex jieħdu sehem fil-WYD fi Spanja. Il-formola tpoġġiet ukoll fuq il-website tal-kummissjoni www.kdz.org.mt.

L-attività ġiet imtellà mill-grupp Żgħażagħ Parroċċa Mġarr li ħadu ħsieb kemm l-organiżżazzjoni tas-serata kif ukoll l-animazzjoni tal-quddiesa ċċelebrata mill-Arċisqof Pawl Cremona. Fl-omelija, l-Arċisqof ħeġġeġ liż-żgħażagħ biex din is-sena tkun għalihom esperjenza aktar profonda ma’ Kristu. Bi tkomplija mat-tema tal-WYD 2011, l-Arċisqof qal li l-għeruq fi Kristu jitniżżlu fis-skiet ġewwieni tal-qalb iżda “jagħmlu l-frott tagħhom fil-miftuħ”.

Il-quddiesa kienet segwita b’festival fejn intwerew diversi vidjows tal-WYD; twaqqfu tined minn MKSU u Youth Fellowship; saru testimonjanzi mis-sinjorina Raina Gatt u s-sur Albert Sciberras; flimkien ma’ kunċert minn sitt bands: Salt, Rise, The Prophecy, Footprints, Stagecraft u Santa Marija Accordion Band.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.