Nhar il-Ġimgħa, 27 ta’ Awissu, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P iċċelebra Quddiesa ġewwa Casa Leone, San Ġiljan, f’għeluq il-100 sena ta’ tliet residenti: Mary Caruana, Josephine Calleja and Jospehine Camenzuli.

Mary Caruana twieldet il-Birgu fil-14 ta’ Settembru 1910. Hija ż-żgħira fost sitt aħwa, tlett subien u tlett bniet. Hija Xebba, u ħadet ħsieb tal-ġenituri tagħha meta dawn kibru. Wara l-gwerra marru joqgħodu B’Buġia fejn baqgħet tgħix sakemm fl-2003 iddeċidiet li tiġi tgħix f’Casa leone.

Josephine Calleja twieldet ir-Rabat Għawdex bint Ethore Tabone fil 27 ta’ Awissu 1910 . Hija kienet miżżewġa lill-Prokuratur legali Vincent Calleja, u kellhom ħamest itfal. Waħda imsiefra, tnejn mejta u tnejn jgħixu Malta. Ilha Casa Leone għal dawn l-aħħar ħdax il-sena.

Josephine Camenzuli twieldet Il Gżira fit 31 ta’ Awissu, 1910, kienet miżżewġa lil Carmelo Camenzuli u dejjem għexu il Gżira, u kellhom sitt itfal. Hija nanna ta erbatax. Ilha Casa Leone ghal dawn l-ahhar sentejn.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.