L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. innomina lil Dun Josef Mifsud bħala kappillan ġdid tal-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, B’kara.

Dun Josef twieled iż-Żejtun fil-15 ta’ Mejju, 1981 u trabba s-Siġġiewi fejn ħa l-edukazzjoni primarja. Wara, studja s-Seminarju Minuri qabel ma daħal l-Universita’ fejn fis-sena 2009 kiseb il-liċenzjat fit-Teoloġija. Ġie ordnat saċerdot fl-1 ta’ Lulju, 2007. Wara wettaq ħidma pastorali fil-parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar, fejn fl-aħħar sentejn kien viċi-kapillan.

Il-parroċċa San Ġużepp Ħaddiem twaqqfet fl-1973 u tiġbor fiha madwar 6,000 persuna imqassmin f’1,300 familja.