Archbishop Paul Cremona O.P. has appointed Fr Keith Bonniċi as the new Parish Priest of Iklin.

Fr Bonniċi, from Hamrun, was born on 1st November 1970. He attended Stella Maris School, Balzan and the Minor Seminary in Rabat.

He spent twenty years in Scotland where he led a monastic life for eleven years. He was ordained to the priesthood on the 6th November 1995. He then served as a Parish Priest in the Highlands of Scotland and then in the Shetland Islands, in the North of Scotland.

He returned to Malta three years ago. Fr Bonnici served in Lija Parish and as Rector of Tal-Mirakli Church. He was also Chaplain at St Edward’s College, Vittoriosa.

Fr Keith Bonnici will take over from Monsignor Kam Aquilina, the first Parish Priest of Iklin, who served in this parish for the last 15 years. Monsignor Aquilina become Canon of the Cathedral Chapter.

3,200 parishioners in 950 families live in Iklin. Iklin became a parish in the year 2005.

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Keith Bonniċi bħala Kappillan tal-Parroċċa ta’ l-Iklin.

Dun Keith Bonniċi, mill-Ħamrun, twieled fl-1 ta’ Novembru 1970. Huwa attenda l-iskola ta’ Stella Maris, Ħal Balzan u s-Seminarju Minuri, Rabat. Huwa għadda għoxrin sena fl-Iskozja fejn għex ħajja monastika għal ħdax-il sena. Ġie ordnat saċerdot fis-6 ta’ Novembru 1995. Għal disa’ snin kien Kappillan fil-Highlands Skoċċiżi u mbagħad fil-Ġżejjer Shetland fin-naħa ta’ fuq ta’ l-Iskozja. Huwa ġie lura Malta tliet snin ilu. Dun Keith Bonniċi serva fil-Parroċċa ta’ Ħal Lija u bħala Rettur tal-Knisja tal-Mirakli. Huwa kien ukoll Chaplain f’St Edward’s College, il-Birgu.

Dun Keith Bonniċi se jieħu post Monsinjur Karm Aquilina, l-ewwel Kappillan tal-Iklin, li ilu jservi f’din il-parroċċa għal dawn l-aħħar 15-il sena. Monsinjur Aquilina nħatar Monsijur effettiv tal-Katidral ta’ Malta.

Il-parroċċa ta’ l-Iklin twaqqfet fis-sena 2005 u tiġbor fiha madwar 3,200 persuna f’950 familja.