Tema: It-turizmu u l-Biodiversita

Bit-tema tat-“Turizmu u l-Biodiversita’” li kienet proposta mill-Organizazzjoni Dinjija tat-Turizmu, il-Jum Dinji tat-Turizmu jispera li jaghti l-kontribuzzjoni tieghu lis-Sena Internazzjonali ghad-Diversita Biologika 2010, li kienet dikjarata mill-Assemblea Generali tal-Gnus Maghquda.

Din is-sejha saret imhabba it-thassib serju dwar “l-implikazzjonijiet socjali, ekonomici, ambjentali u kulturali li jtellfu l-biodiversita, li jinkludu l-effetti negattivi fil-kisbiet tal-Ghanijiet tal-Izvilupp tal-Millenju u l-htiega li jinholqu mizuri konkreti biex jreggghuha lura.

Il-biodiversita jew id-diversita biologika tirreferi mhux biss ghall-ghana enormi ta’ esseri li jghixu fid-dinja imma wkoll ghall-ekwilibriju delikat tal-interdipendenza u interazzjoni li tezisti bejnhom u l-ambjent fiziku li jospitahom u jikkondizzjonahom. Din il-biodiversita tissarraf fl-ekosistemi differenti li minnhom insibu ezempji fil-foresti, l-artijiet niedja, artijiet tal-biedja imma bla sigar, il-gungli, id-dezerti, sikek tal-qroll, muntanji, ibhra u z-zoni polari.

Ghal dawn insibu tliet perikli ta’ gravita u imminenza li jehtiegu soluzzjonijiet urgenti: it-tibdil fil-klima, l-invazjoni tad-dezert u t-telfien tal-biodiversita. Din tal-ahhar, f’dawn l-ahhar snin, qed tikber b’rata li qatt ma dehret qabel. Studji ricenti juru li fuq livell dinji, 22% tal-mammiferi, 31% tal-amfibi, 13.6% tat-tjur u 27% tas-sikek, huma mhedda jew fil-periklu li jinqerdu.

Jezistu ghadd kbir ta’ oqsma mill-attivita tal-bniedem li jikkontribwixxu ghal dawn il-bidliet u bla dubju, wahda minnhom hija t-turizmu li nsibuh fost l-attivitajiet li raw tkabbir kbir u mghaggel. Waqt li l-ivvjaggar internazzjonali turistiku kien ta’ 534 miljun fl-1995 u fis-sena 2000 kien 682 miljun, mir-rapport tal-organizazzjoni “Tourism 2020 Vision”, hu stmat li fl-2010 ikun ta’ 1.006 biljun u jilhaq l-1.561 biljun fl-2020, b’ rata ta’ tkabbir medju annwali ta’ 4.1%. Ma’ dawn l-istatistici tat-turizmu internazzjonali wiehed irid izid l-ghadd tat-turizmu intern li huwa ta’ importanza akbar. Dan kollu juri tkabbir qawwi f’dan is-settur ekonomiku li jgib mieghu effetti kbar fil-konservazzjoni u fl-uzu sostenibbli tal-biodiversita li jgib mieghu bil-periklu li jinbidlu f’impatti qawwija fuq l-ambjent – dan specjalment fejn jirrigwarda l-konsum enormi ta’ rizorzi limitati (bhalma huma l-ilma tax-xorb u l-art) u l-generazzjoni enormi ta’ tniggiz u skart li jisboq bil-kbir l-ammont li jkun jiflah ghalih qasam partikolari.

Il-qaghda tidher li tmur izjed ghall-aghar minhabba l-fatt li l-bzonnijiet tat-turisti aktarx jindirizzaw irwiehhom izjed lejn destinazzjonjijiet naturali minhabba l-gibda tas-sbuhija taghhom u ghalhekk jaghmlu impatt akbar fuq il-popolazzjoni li tintghazel, fuq l-ekonomija tagghom, il-wirt kulturali u l-ambjent. Fil-verita dan il-fatt jista’ jkun jew element ta’ hsara jew ghall-kuntrarju, jghin sewwa u b’mod pozittiv biex jikkultiva l-wirt naturali taghhom. F’dan is-sens, it-turizmu jsir paradoss. Jekk it-turizmu jara l-bidu tieghu u jikber minhabba l-gibda ta’ xi siti naturali jew kulturali min-naha l-ohra t-turizmu jista’ jservi ta’ xkiel jew ukoll ta’ hsara, u b’dan il-mod is-sit turistiku jista’ jitlef il-gibda tieghu minhabba li s-seher tal-bidu jkun gheb.

Minhabba dan irridu nifhmu li t-turizmu ma jistax jehles mir-responsabbilta li jiddefendi l-biodiversita. Ghal kuntrarju imma, t-turizmu ghandu jiehu parti attiva fih. Ma jistax jonqos li l-izvilupp ekonomiku ta’ dan tas-settur irid ikun imsieheb mal-principju tas-sostenn u r-rispett ghad-diversita biologika.

Il-komunita internazzjonali wriet thassib serju dwar dawn il-hwejjeg u dwar dan is-suggett ghamlet ghadd ta’ stqarrijiet. Il-Knisja wkoll tixtieq izzid il-lehen taghha min-nicca li tinsab fiha u tibda biex tghid li hija konvinta li hi stess “ghandha responsabbilta lejn il-holqien u jehtieg li tasserixxi din ir-responsabbilta fl-isfera pubblika. Ghalhekk hija, mhux biss tiddefendi l-art, l-ilma u l-arja bhala ghotja tal-holqien li huwa ta’ kulhadd imma fuq kollox li tipprotegi lil bniedem mill-qerda tieghu in-nifsu.” Minghajr ma tidhol fil-kwistjoni ta’ soluzzjonijiet teknici konkreti li m’humiex fil-kompetenza taghha, il-Knisja tara li tigbed l-attenzjonji lejn l-ghaqda li hemm bejn il-hallieq, il-bniedem u l-holqien. It-taghlim tal-Knisja jsostni r-responsabbilta tal-bniedem li jzomm ambjent b’sahhtu u shih ghal kulhadd billi temmen li “l-kura tal-ambjent huwa sfida ghall-umanita kollha. Huwa semplicement dmir komuni u universali li wiehed jirrispetta l-gid komuni.”

Fl-enciklika tieghu Caritas in Veritate, il-Papa Benedittu XVI juri li “fin-natura dak li jemmen jara r-rizultat tal-ghageb tal-hidma kreattiva ta’ Alla li ahna nistghu nuzaw biex nissodisfaw il-bzonnijiet legittimi taghna kemm dawk li huma materjali kif ukoll dawk li m’humiex waqt li nirrispettaw il-bilanc intrinsiku tal-holqien” li l-uzu tieghu jfisser ghalina, “r-responsabbilta li ghandna nhossu lejn il-foqra, lejn il-generazzjonijiet gejjiena u lejn l-umanita kollha kemm hi.” Minhabba dan, it-turizmu ghandu juri rispett lejn l-ambjent u jaspira li jilhaq armonija perfetta mal-holqien tant li jiggarantixxi sostanibilita tar-rizorzi li jiddependi minnhom minghajr ma jressaq lejn bidliet ekologici irriversibbli.

Il-kuntatt man-natura huwa importanti u ghalhekk it-turizmu ghandu jaghmel sforz biex jirrispetta u japprezza s-sbuhija tal-holqien mill-gharfien li “hafna nies jesperjenzaw paci u trankwillita, tigdid u ri-invigorazzjoni meta jkollhom kuntatt mill-qrib tas-sbuhija u l-armonija tan-natura. Tezisti certa reciprocita: meta nharsu l-holqien ta’ madwarna nirrealizzaw li Alla jiehu hsieb taghna.

F’dan jezisti element li jaghmel dan l-isforz wisq aktar mehtieg. Waqt li jfittex lil Alla l-bniedem jiskopri toroq li jressquh aktar lejn il-Misteru li ghandu bhala bidu tieghu l-holqien. In-natura u d-diversita biologika jkellmuna dwar Alla l-Hallieq, dak li jaghmel ruhu prezenti fil-holqien “ghaliex mill-kobor u s-sbuhija tal-hwejjeg mahluqa, bl-analogija, jidher l-awtur originali taghhom, “ghax dawn kienu mfasslin mill-ghajn ewlenija tas-sbuhija. Din hija r-raguni ghaliex id-dinja, bid-diversita taghha, ghandha tipprezenta ruhha f’ghajn il-bniedem bhala xiehda ta’ Alla, fejn il-qawwa tal-kreattivita tieghu, il-providenza u l-qawwa tal-fidwa jimmanifestaw ruhhom.” Ghal din ir-raguni t-turizmu, waqt li jressaqna lejn il-varjeta u l-ghana tal-holqien, ikun okkazjoni biex jhajjar u jkabbar l-esperjenza religjuza taghna.

Dan kollu jgieghel it-tiftix ta’ bilanc fejn it-turizmu u d-diversita biologika jghinu lil xulxin, haga mehtiega u urgenti, b’mod li l-izvilupp ekonomiku u l-harsien tal-ambjent ma’ jidhrux bhala elementi opposti u inkompatibbli imma li aktarx nhossu l-htiega li nirrikonciljaw it-talbiet tat-tnejn.

Sforzi biex nipprotegu u nharsu l-biodiversita f’dak li ghandu x’jaqsam mat-turizmu ikunu zviluppati, l-ewwel nett, bit-tqassim u tishib tal-istrategiji li fihom is-setturi differenti involuti, jiddahhlu. Il-maggoranza tal-gvernijiet, istituzzjonijiet internazzjonali, ghaqdiet professjonali tas-settur turistiku u organizazzjonijiet privati, waqt li fil-gejjieni mbieghed jsostnu l-htiega tat-turizmu sostenibbli bhala l-unika forma possibbli biex it-tkabbir taghhom ikun ta’ profitt ekonomiku, waqt li fl-istess hin ihares ir-rizorsi naturali u kulturali u jservi ta’ spalla realistika fil-glieda kontra l-faqar.

L-awtoritajiet iridu joffru ligijiet cari li jharsu u jqawwu l-biodiversita, jsahhu l-beneficcji u jnaqqsu l-ispejjez tat-turizmu, waqt li fl-istess hin izommu l-livelli mehtiega. Dan ma jistax jonqos, irid ikun imsieheb b’investiment kbir fl-ippjanar u fl-edukazzjoni. L-isforzi tal-gvernijiet jehtieg li jkunu kbar fis-setturi li jkunu l-aktar vulnerabbli u fejn id-degradazzjoni tkun l-ikbar. Jista’ jkun li f’xi whud minnhom it-turizmu ghandu jkun ristrett jew evitat.

Min-naha tieghu, is-settur tan-negozju tat-turizmu huwa mitlub “li johloq, jizviluppa u jmexxi n-negozju waqt li jxejjen l-effetti negattivi u jikkontribwixxi pozittivament ghall-harsien tal-ekosistemi sensittivi u l-ambjent ingenerali u jghin b’mod dirett u jinkludi l-komunitajiet lokali u indigeni.” Biex dan isehh, ikun xieraq li jsiru minn qabel studji dwar is-sostenibbilta ta’ kull prodott turistiku, biex ikollna gharfien mhux biss tal-kontribuzzjonijiet reali u pozittivi imma wkoll tar-riskji li jistghu jitfaccaw waqt li nifhmu li s-settur partikulari m’ghandux ikollu l-ghan ahhari li jistaghna, ghal kwalunkwe prezz.

Fl-ahhar nett, it-turisti jridu jifhmu li l-prezenza taghhom f’post mhux dejjem hija haga pozittiva. Ghal dan il-ghan jehtieg li jkunu mgharrfa bil-gid veru li l-konservazzjoni tal-biodiversita ggib maghha u ghandhom ikunu mghallma l-metodi tat-turizmu sostenibbli. B’dan il-mod it-turiisti ghandhom ifittxu proposti tan-negozju tat-turizmu li jghinu tassew l-izvilupp tal-lokal. L-art u l-wirt kulturali storiku tal-post qatt m’ghandha ssirilha xi hsara ghall-vantagg tat-turisti billi tkun adattata ghall-gosti u x-xewqat taghhom. Ghandu jsir sforz qawwi specjali biex bl-ghajnuna pastorali, t-turizmu jirrealizza li bil-kontemplazzjoni t-turist jitghallem jiskopri s-sinjali t’Alla fl-ghana enormi tal-biodiversita.

B’dan il-mod mit-turizmu li jizviluppa fl-armonija tal-holqien ikun possibbli li f’qalb it-turist jirrepeti ruhu t-tifhir tas-salmista li jghid, “Sinjur Alla taghna kemm hu kbir ismek fid-dinja kollha!”

BENEDICTUS PP. XVI