Ħal Balzan

  • Ir-raħal ta' Ħal Balzan sar parroċċa fl-14 ta' Awwissu 1655, u l-knisja l-qadima tal-Lunzjata saret il-knisja parrokkjali. Erbatax-il sena wara, f'Diċembru 1669, beda l-bini tal-knisja ta' llum u dam sejjer sa l-1695. Erba' snin wara t-tqegħid ta' l-ewwel ġebla, il-korsija tal-knisja tlestiet u bdiet isservi bħala knisja parrokkjali. 

    Numru ta' Parruċċani: 3,900

    Numru ta' Familji: 1,500

  • Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata

    Data tad-Dedikazzjoni: 7 ta' Ottubru 1781

  • Kappillan

    Mons. Karm Farrugia

  • Uffiċċju Parrokkjali

    216, Triq il-Kbira,

    Ħal Balzan BZN 1252

  • Ħinijiet ta' l-Uffiċċju

    It-Tnejn:

    9.00 - 11.00 am

    L-Erbgħa u l-Ġimgħa:

    4.00 - 6.00 pm

  • Telefon

    2144 2614 Uffiċċju

    2144 8333 Knisja

  • Presbiterju Parrokkjali

    Mons. Karm Farrugia, Kappillan

    Mons. Joe Galea Curmi

    Kan. Noel Borg

  • Saċerdoti oħra residenti fil-parroċċa

    Mons. Prof. Vincent Borg

    Mons. Salvinu Micallef

    Dun Blake Camilleri

  • Fid-Dar tal-Kleru

    Dun Pawl Gauci 

    Dun Ġużepp Sultana


  • Kunsill Pastorali Parrokkjali

    Moderatur: Ms Angele Cassar

    Segretarju: Ms Josephine Felice Pace

    Kunsill Ekonomiku Parrokkjali

    President: Mons. Karm Farrugia, Kappillan

    Segretarju: Sur Alfred Falzon

    Membri: Sur Paul Xuereb u Sur Salvu Muscat

  • Quddies

    Ħdud u Festi: 7.30, 8.30, 9.30, 11.30 am u 5.30 pm

    Sibtijiet Filgħaxija: 5.15 u 6.30 pm

    Ġranet ferjali: 7.15, 8.30 am, 6.30 pm

  • Knejjes Filjali

     
     
  • Knisja ta' Santu r-Rokku

    Il-knisja nbniet fis-sena 1593 bħala wegħda għall-ħelsien tar-raħal mill-flaġell tal-pesta.

  • Knisja l-qadima tal-Lunzjata

    Din il-knisja tinsab fit-Triq tat-Tliet Knejjes, nbniet erba' mitt sena ilu u għadha sa llum fl-istess stat ta' meta nbiet; serviet bħala l-ewwel knisja parrokkjali mis-sena 1655 sas-sena 1693. Fiha ssir Quddiesa fil-25 ta' Marzu fil-Festa Liturġika ta' l-Annunzjata.

  • Knisja ta' Santa Marija

    Fl-imgħoddi kien hemm żewġ knejjes fejn illum hemm din il-knisja: l-ewwel knisja kienet nbniet fis-seklu XIV u t-tieni ġiet imbierka fl-10 ta' Marzu 1675; il-knisja li hemm illum inbniet fl-1846. Quddiem il-knisja hemm statwa ta' Santa Marija; il-knisja kienet tintuża biex fiha jinżamm l-armar tal-festa.

    F'din il-Knisja jkun hemm Adorazzjoni kuljum 6.00 am - 9.00 pm

  • Kappelli tar-Religjuzi

      • Kappella tas-Sorijiet tar-Ragħaj it-Tajjeb

    Is-sorijiet tar-Ragħaj it-Tajjeb, jew tal-Bon Pastur kif huma aktar magħrufin, ġew Malta fl-1858, iżda l-kunvent li għandhom illum u li fih tinsab il-kappella nbena fl-1860.

  • Quddies

    Ħdud u Festi: 9.00 am

    Ġranet Ferjali: 7.45 am

  • Kappella tas-Sorijiet Frangiskani Missjunarji ta' Marija

    Is-sorijiet Franġiskani ta' Marija ġew Malta fl-1911 u fetħu l-ewwel kunvent tagħhom f'Ħal-Balzan; fil-kappella jistgħu jsiru żwiġijiet.

  • Quddies

    Ħdud u Festi: 8.30 am

    Ġranet Ferjali: 7.00 am

  • Kappelli tal-Adorazzjoni

     

    Kappella tas-Sorijiet Frangiskani Missjunarji ta' Marija

     

    Indirizz:

    55, Villa Maria Annunzjata,

    Birbal Street Balzan

    Ħinijiet tal-Ftuħ:

    Mit-Tnejn sas-Sibt: 9.00 - 12.00 am; 5.00 - 6.00 pm

    Ħdud: 9.00 - 12.00 pm

    Kappella ta' Santa Marija

     

    Indirizz:

    Triq il-Kbira Ħal Balzan

    Ħinijiet tal-ftuħ:

    Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 6am-9pm

    Sibtijiet: 6am-12pm

  •