Il-Kummissjoni Pastorali fid-Dinja tax-Xogħol tal-Knisja f’Malta qed torganizza diskussjoni soċjali bit-tema: Il-Ħadd ta’ kulħadd? Din l-attivita’ se ssir nhar il-Ħamis, 7 ta’ Ottubru, fil-Convention Hall, Dar l-Emigrant, Valletta fid-9.00 a.m.

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jippresiedi din il-laqgħa li matulha se jipparteċipaw ukoll membri tal-imsieħba soċjali. Dakinhar, wara introduzzjoni qasira, se jsiru numru ta’ interventi minn rappreżentanti tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem. L-Arċisqof se jagħlaq din id-diskussjoni bir-riflessjonijiet tiegħu fuq dan is-suġġett.