Nhar il-Ħamis, 14 ta’ Ottubru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. attenda għall-konferenza nternazzjonali tal-‘Mother’s Prayers’ fis-Santwarju tal-Ħniena Divina, Naxxar.

Madwar 70 mara minn pajjiżi differenti attendew għal din il-konferenza. Il-fundatriċi tal-grupp ‘Mother’s Prayers’, Veronica Williams, kienet ukoll preżenti.

Waqt li tkellem dwar l-irwol tal-omm u l-isfidi li l-mara tiffaċċja fit-trobbija tal-ulied, l-Arċisqof Pawlu Cremona qal li bl’għajnuna tal-Madonna, Omm Ġesu’, l-ostakli kollha jistgħu jiġu megħluba. Matul il-konferenza, l-parteċipanti kellhom l-opportunita’ li jaqsmu l-esperjenzi tagħhom.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]