Kristu għandu jkun fiċ-Ċentru

“Filwaqt li l-kultura Ewropea shiha iffurmat profondament permezz tal-wirt nisrani taghha, dan jidher car hafna fl-art Ceka, minhabba li kien permezz tal-missjunarji San Cirillu u San Metodju fis-seklu 9 li l-ewwel lingwa Slavonika antika bdiet tinkiteb. Gustament li l-appostli tal-popli Slavici u fundaturi tal-kultura taghhom jinghataw rikonoxximent bhala l-padruni tal-Ewropa”.

Dan stqarru l-Papa Benedittu XVI fi ftuh l-ewwel zjara appostolika tieghu fir-Repubblika Ceka, it-tlettax-il vjagg tieghu tul dan il-pontifikat. Mal-wasla tieghu, il-Papa ntlaqa’ mill-President tar-Repubblika Ceka Vaclav Klaus, mill-Arcisqof ta’ Praga, il-Kardinal Miloslav Vlk u mill-President tal-Konferenza Episkopali Ceka, l-Arcisqof Jan Graubner ta’ Olomouc.

Fi kliem il-Papa, “dan it-territorju kien il-post fejn iltaqghu popli, tradizzjonijiet u kulturi differenti. Anki jekk xi drabi fissret il-holqien ta’ tensjoni, meta wiehed ihares lejha fit-tul, jara li inhasad il-frott”.

Wara li fakkar li fix-xhur li gejjin se jitfakkar l-ghoxrin anniversarju mir-rivoluzzjoni li gabet tmiem pacifiku ghall-perjodu difficli f’dan il-pajjiz, Benedittu XVI radd hajr f’isem il-poplu ghall-helsien mir-regim oppressive.

Fost ohrajn, irrefera ghall-enciklika tieghu Caritas in Veritate u qal li “minghajr Alla, il-bniem la jaf it-triq li jrid jaqbad u lanqas biss jifhem min hu. Il-verita evangelika hi indispensabbli ghal socjeta b’sahhitha, ghax hija hi li tiftah t-tama u tghin biex wiehed jiskopri d-dinjita li biha zejnu Alla”.

Intant, waqt iz-zjara tieghu fir-Repubblika Ceka, il-Papa Benedittu XVI, f’quddiesa fil-berah, irrefera ghall-esperjenza tal-Komunizmu li ghaddiet minnha wkoll ir-Repubblika Ceka, bhala assurdita’ fl-istorja. Il-Papa qal li mhux facli li li tibni socjeta’ ispirata fuq il-valuri tas-sewwa u tal-gustizzja. Huwa qal li wiehed ma jistax jibqa’ indifferenti quddiem l-imhabba ta’ Alla waqt li fakkar li fis-sekli li ghaddew, fic-Cekoslovakkja kienu hafna dawk li ssafgrifikaw ruhhom f’isem il-Vangelu sabiex jaghtu dinjita’ lill-bniedem u l-liberta’ lill-popli.

“Fic-centru ta’ kollox ghandu jitpogga Kristu u li minghajru d-dinja tal- llum qed tkun ikkaratterizzata minn nuqqas ta’ mhabba u mill-izolament tal-bniedem li jahseb li jista’ jmexxi u jikkontrolla lilu nnifsu”, sahaq il-Papa.

Benedittu XVI kompla li l-bniedem ghandu bzonn lil Kristu fil-hajja tieghu u dan qalu b’mod partikolari bhala twissija lill-poplu tar-Repubblika Ceka li 66 fil-mija tieghu jiddikjara li ma jemminx f’Alla. Il-Papa qal li l-bniedem ghandu bzonn jinheles mill-oppressjoni materjali u ghandu jfittex is-salvazzjoni profonda minn dak kollu li hu hazin.