Mark 1,21-28

Daħlu Kafarnahum. Malajr, f’jum is-Sibt, daħal fis-sinagoga u qagħad jgħallem. In-nies baqgħu mistagħġbin bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax beda jgħallimhom bħal wieħed li għandu  s-setgħa, u mhux bħall-kittieba. Mela jkun hemm fis-sinagoga tagħhom raġel bi spirtu ħażin u qabad jgħajjat u jgħid: “Aħna x’għandna x’naqsmu, Ġesù ta’ Nazaret? Ġejt biex teqridna? Jien naf min int: ‘Il-Qaddis ta’ Alla’.” Imma Ġesù kkmandah: “Iskot,” qallu,”u oħroġ minnu.” Mbagħad l-ispirtu ħażin lir-raġel beda jħabbtu ħafna, għajjat għajta kbira u ħareġ minnu. U lkoll stagħġbu, u bdew jistaqsu lil xulxin u jgħidu: “Dan x’inhu? X’tagħlim ġdid mogħti    bis-setgħa! Sa lill-ispirti ħżiena jikkmanda, u huma joqogħdu għalih!” U l-fama tiegħu malajr xterdet ma’ l-inħawi kollha  tal-Galilija.

Il-Qaddis tal-jum:  San Igino, Papa