Mark 3,1-6

Raġa’ daħal fis-sinagoga, u kien hemm raġel li kellu idu niexfa. U qagħdu jgħassulu jekk ifejjqux f’jum is-Sibt, biex ikollhom fuqiex jixluh.  Imma hu qal lir-raġel li kellu idu niexfa: “Qum, ejja fin-nofs.” Mbagħad staqsa lilhom: “X’jiswa li tagħmel nhar ta’ Sibt, ġid jew deni? Issalva ħajja jew toqtolha?” Iżda huma baqgħu siekta. U xeħet ħarsa qalila madwaru fuqhom, mnikket għall-aħħar minħabba l-ebusija ta’ qalbhom, u qal lir-raġel: “Midd idek.” Dak meddha, u idu reġgħet ġiet f’saħħitha. U l-Fariżej ħarġu; minnufih bdew jiftiehmu ma’ l-Erodjani kontra tiegħu kif jeqirduh.

Il-Qaddis tal-jum : San Mario u Sħabu, Martri