L-Arċisqof Pawlu Cremona ħatar lil Dun Victor Scicluna bħala kappillan tal-parroċċa ta’ S.Girgor, Sliema.

Dun Victor twieled f’Raħal Ġdid fis-16 ta’ Jannar, 1953. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja ta’ Raħal il-Ġdid, fis-Seminarju Minuri, fis-6th Form, il-Belt, u kompla l-istudji terzjarji fil-Fakulta tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) u fil-Mediterranean Institute (Mużika).

Ġie ordnat saċerdot fil-11 ta’ Lulju, 1981 u nħatar viċi-parroku fil-parroċċa tal-Gżira, imbagħad kappillan ta’ Ħal Safi (1989-1994). F’dan il-perijodu serva wkoll bħala delegat tal-Arċisqof għal-Liturġija. Iktar tard reġa’ wettaq ħidma pastorali fil-parroċċa tal-Gżira, din id-darba bħala kappillan, sal-2002.  Dun Victor serva wkoll bħala viċi kappillan fil-parroċċa taż-Żejtun u viċi kappillan fil-parroċċa ta’ Marsaskala sal-ġurnata tal-lum.

Dun Victor huwa wkoll direttur tal-Grupp Missjunarju ‘Kull Bniedem Ħija’ li jagħmel diversi proġetti fil-Kenja u jhejji persuni biex jagħmlu esperjenza f’ambjent ta’ faqar. Dun Victor huwa wkoll l-awtur tal-ktieb Nitkellem Waħdi.

Il-parroċċa ta’ S. Girgor, Sliema, tiġbor fiha madwar 3,500 persuna f’1,200 familja.