Nhar it-Tnejn 14 ta’ Marzu, 2011, il-Forum taż-Żgħażagħ b’lenti fuq l-impatt soċjali tal-meżżi ta’ komunikazzjoni ġodda ġie mtella’ ġewwa l-Kavallier ta’ San Ġakbu. Is-serata ġabet fit-tmiem proċess ta’ diskussjoni li beda f’Novembru li għadda, fejn diversi komunitajiet ta’ żgħażagħ kienu qiegħdin jieħdu sehem fid-dibattitu.

Fil-forum ġew ippreżentati l-persepettivi li nġabru minn dan l-eżerċizzju ta’ diskussjoni u l-udjenza setgħet tagħti r-reazzjonijiet tagħha għalihom. Preżenti kien hemm l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. kif ukoll l-Onor. Karl Gouder u l-Onor. Luciano Busuttil, Membri Parlamentari, li qasmu l-ħsibijiet tagħhom fuq dan is-suġġett.

Il-proċess sar bis-sehem ta’ 14-il koumità minn madwar Malta, li jiġbru fihom ‘il fuq minn 300 żgħażugħ u żagħżugħa. Lejn l-aħħar tal-forum il-gruppi parteċipanti ġew ippreżentati b’ċertifikat bħala rikonoxximent għall-kontribut tagħhom fid-diskussjoni.

Ir-riżultati tal-proċess se jiġu dokumentati f’memorandum u ppreżentati formalment lill-awtoritajiet tal-Knisja u tal-Istat. Din hija r-raba’ edizzjoni tal-Forum taż-Żgħażagħ organiżżat mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]