Qalbna tingħafas quddiem it-tbatija ta’ ħutna fil-Ġappun minħabba d-diżastru li seħħ hemm f’dawn il-ġranet bit-terremot qawwi, it-tsunami u bil-periklu ta’ radjazzjoni nuklejari.

Waqt li nerfgħu ħsibijietna lejn Alla fit-talb għal dawk li mietu jew li sfaw midrubin f’dan id-diżastru, inħossu li għandna niftakru wkoll fit-talb tagħna fil-qraba tagħhom imnikktin minħabba din it-telfa jew tbatija, biex il-Mulej ifarraġhom.

Nitolbu wkoll għal dawk li tilfu djarhom jew propjetà f’din id-diżgrazzja, u għal dawk li kellhom jitilqu minn djarhom.

Ngħollu t-talb tagħna lejn il-Mulej biex jagħti s-saħħa u jgħin lil dawk li qegħdin jipprovdu l-għajnuna lil dawn ħutna.

+ Pawlu Cremona O.P.

Arċisqof ta’ Malta

+ Mario Grech

Isqof ta’ Għawdex

+ Annetto Depasquale

Vigarju Ġenerali