Nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Marzu, 2011, il-Kummisjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ) nediet il-verżjoni Maltija tal-innu internazzjonali tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ (JDŻ) fl-istabbiliment Bianco’s f’San Ġiljan. L-inawgurazzjoni timmarka il-150 ġurnata mill-ftuħ tal- JDŻ fejn qrib żewġ miljun żagħżugħ u żagħżugħa minn madwar id-dinja huma mistennija li jaslu Madrid, fi Spanja, għal ġimgħa ta’ ċelebrazzjoni ta’ fidi u kultura.

Magħhom ser ikun hemm ‘il fuq minn 600 żgħażugħ/a minn Malta u Għawdex, li jagħmlu lill-gżejjer fost l-aktar parteċipanti qawwija. Il-verżjoni bil-Malti tal-innu uffiċjali ġie tradott mill-Ispanjol minn Gabriella Farrugia, li kisbet il-premju għall-Aħjar Studenta tal-Lingwa Spanjola 2010. Il-kanzunetta, b’kompożizzjoni u arranġamenti ta’ Mro. Joe Brown, tkantat minn Thea Garrett flimkien ma’ Angela Spiteri u Pamela Bezzina.

Il-President tal-KDŻ, is-sur Anthony Mifsud, qal lill-ġurnalisti waqt konferenza tal-aħbarijiet li l-innu jiġbor fih l-ispirtu taż-żgħażagħ Maltin u jaqsam l-entużjasmu tagħhom maż-żgħażagħ fil-bqija tad-dinja. L-innu se jkun jista’ jitniżżel b’xejn minn fuq il-wesbite www.kdz.org.mt.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]