Fil-programm “Affari tagħna” ta’ nhar il-Ġimgħa, 25 ta’ Marzu 2011 fuq l-istazzjoni ONE TV, l-Onorevoli Evarist Bartolo għamel akkuża li fil-Kulleġġ ta’ Santu Wistin, tfal li ma jagħtux donazzjoni, ikunu msemmija waqt l-“assembly”. Din hi akkuża serja ħafna u falza. Barra li tkellimt mar-Rettur, stħarriġt ukoll ma’ persuni oħra li jaħdmu l-Kulleġġ. Dawn ilkoll ċaħdu kategorikament din l-akkuża.

P. Manwel Borg Bonello OSA, Provinċjal

Provinċja Agostinjana – Malta