Caritas Malta, b’kooperazzjoni ma’ Caritas Franza u Caritas Internationalis nediet fond għal ġbir ta’ fondi b’risq ir-refuġjati li qed jaħarbu il-kriżi li ħakmet il-Libja.

Is-sitwazzjoni politika ġewwa l-Libja qed twassal biex mijiet ta’ immigranti jaħarbu l-pajjiż minn konfini differenti tal-Libja inkluż l-Eġittu, it-Tuniżija, kif ukoll Niġer u l-Alġerija. Din hija waħda mil-ikbar kriżijiet ta’ immigranti mil-ewwel gwerra tal-Golf tal-1990. Caritas qed tippjana li tuża dawn il-fondi sabiex toffri servizzi speċifiċi lil immigranti vulnerabbli billi jingħataw servizz ta’ counselling, orjentazzjoni u riferimenti b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija tan-Nazzjonijet Uniti UNHCR u organizzazzjonijiet oħrajn fuq il-post.

Il-Knisja f’Malta qed tappella għal ġenerożita’ tal-Maltin u l-Għawdxin sabiex jgħinu lir-refuġjati li qed jaħarbu. L-għan ta dan il-fond huwa li jassisti madwar 18,000 benefiċċjarju.

Id-donazzjonijiet jistgħu jiġu mgħoddija lil-kappillani ta’ Malta u Għawdex jew b’ċekk direttament lil Caritas permezz ta’ pagamenti ndirizzati lil Caritas Libya Refugees Fund fl-indirizz 5, Triq L-Iljun, Floriana. FRN 1514.

Id-donazzjonijiet jistgħu jiġu depożitati wkoll fil-banek, kif jidher hawn taħt:

APS – 20001040189

Bank of Valletta – 40019827302

HSBC – 023 – 167190 – 050