Il-Franġiskani Kapuċċini (O.F.M. CAP.)

  • Il-Franġiskani Kapuċċini (O.F.M. CAP.)

  • Kunvent tal-Patrijiet Franġiskani Kapuċċini

    Triq l-Isqof F.X. Fenech, Floriana FRN 1211 - Tel: 21234949; 21225525; 21220163 (Provinċjal);
    Fax: 21235955
  • Kunvent tal-Patrijiet Franġiskani Kapuċċini,

    Kalkara KKR 1618 - Tel: 2182 5724, 2180 0612;
    Fax: 2169 5905.
  • Kunvent tal-Patrijiet Franġiskani Kapuċċini,

    Triq Balbi, Marsa MRS 1815; Tel: 2124 6516, Kappillan: 2123 6622
  • Kunvent tal-Patrijiet Franġiskani Kapuċċini,

    Pjazza Lourdes,San Ġwann SGN 2010 - Tel: 2138 6112;
    Fax 2138 2072; Kappillan 2138 6113
  • Kunvent tal-Patrijiet Franġiskani Kapuċċini,

    Pjazza Sant’ Antnin, Għajn Dwieli PLA 1970; Tel: 2182 8157
  • Patrijiet Franġiskani Kapuċċini,

    Triq Azzopardi, Marsa MRS 2050; Tel: 2123 8012; Kappillan: 2124 0661
  • Kunvent tal-Patrijiet Franġiskani Kapuċċini,

    Xemxija, San Pawl il-Baħar, SPB 9021; Tel: 2157 3282
  • Kunvent tal-Patrijiet Franġiskani Kapuċċini

    Triq il-Kapuċċini, Victoria VCT 9088, Għawdex ; Tel: 2155 6608
  • Il-Franġiskani Kapuċċni ġew Malta fl-1588/89 u l-ewwel kunvent tagħhom ġie mibni mill-Gran Mastru Ugo Loubens de Verdalle barra misswar tal-Belt Valletta (il-lum Floriana). Madwar mija u ħamsin sena wara fetħu żewġ kunventi oħra: dak ta’ barra l-belt Vittoriosa (il-lum Kalkara) u dak fir-Rabat, Għawdex. B’ hekk fl-1740 huma saru Kustodja awtonoma u mbagħad fl-1840 saru Provinċja, b’ responsabbilta’ wkoll tal-Prefettura ta’ Tuneż. Tul dan is-seklu żiedu ħames kunventi oħra, tnejn fil-Marsa fl-1912 u fl-1961, wieħed fix-Xemxija fl-1935, ieħor f’ San Ġwann fl-1940 u l-aħħar wieħed f’ Għajn Dwieli, Paola, fl-1953. Huma ħadmu wkoll fl-Indja, fejn lewwel missjunarji tagħhom marru fl-1923 u baqgħu sal-1979 u waqqfu d-Djoċesi ta’ Jhansi, u għal 10 snin ħadmu fl-Arċidjocesi ta’ Bhopal. Mill-1974 huma responsabbli għad-Djoċesi ta’ Garissa fil-Kenja u għadhom responsabbli mill-Viċi Provinċja tal-Kapuċċini fil-Kenja. Fis-sena 2000 twaqqfet id-Djoċesi ġdida ta’ Malindi, li nqatgħet mid-Djoċesi ta’ Garissa u ta’ Mombasa. Minbarra l-ħidma pastorali tagħhom f’ Malta, huma għandhom tlett parrroċċi. Huma joffru wkoll l-assistenza spiritwali fl-isptarijiet, ħabs, ċimiterju, u l-Korp tal-Pulizija.