Birkirkara (Santa Marija)

  •  

    Il-knisja l-qadima ta' Santa Marija nbniet fl-1617 u dejjem kienet meqjusa bħala monument mill-isbaħ, għalkemm għamlet żmien twil magħluqa. Fl-1950, il-kapitlu ta' Birkirkara ddeċieda li jirrestawraha u reġgħet infetħet fl-1973. Wara snin li fihom din il-knisja kienet isservi bħala żona pastorali awtonoma, saret parroċċa fit-8 ta’ Mejju 2005.

    Numru tal-Parruċċani: 3,500

    Numru tal-Familji: 1,000

  • Kappillan

    Dun Reuben Deguara

  • Uffiċċju Parrokkjali

    130 Triq E B Vella,

    Birkirkara BKR 1570

  • Ħinijiet ta' l-Uffiċċju

    It-Tnejn u l-Erbgħa:

    4.30 - 5.30 pm


    Is-Sibt:

    9.30- 11.00 am

  • Telefon

    21448026

  • Presbiterju Parrokkjali

    Dun Reuben Deguara, Kappillan
    Dun Gorg Schembri
    Dun Joe Brincat

    Kunsill Pastorali Parrokkjali 

    President: Sur Ralph Camilleri

    Segretarju: Sur Leslie Agius


  • Quddies

    Ħdud u Festi: 7.00, 8.30, 10.00 am u 6.00 pm

    Sibtijiet Filgħaxija: 6.00 pm

    Ġranet Ferjali: 7.00, 8.30 am, 6.00 pm

  • Knisja tal-Kulleġġ San Alwiġi

    Il-Kulleġġ ta' San Alwiġi nbena bejn is-snin 1896 u 1897 għall-istudenti Ġiżwiti. Fl- 1907 bit-tħabrik tal-Papa San Piju Għaxra, il-Kulleġġ ħa post il-Kulleġġ li l-Patrijiet Ġiżwiti Ngliżi kellhom f'San Ġiljan, li kien għalaq. Il-Knisja tal-Kulleġġ bdiet tinbena fl-1914 u ġiet konsagrata fl-1923. Hija miftuħa għall-pubbliku u fiha jistgħu jsiru żwiġijiet.

  • Rettur

    Patri Edgar Busuttil SJ

  • Telefon

    2279 5313

  • Quddies

    Ħdud u Festi: 8.00 am u 9.15 am (bl-Ingliż)

    Sibtijiet filgħaxija: 6.15 pm

  • Kappella tad-Dar tal-Kleru "Christus Sacerdos"

    Id-Dar tal-Kleru nbniet minn Mons Salv Grima bħala Dar għall-irtiri għas-saċerdoti u bħala residenza għal saċerdoti anzjani jew waħedhom. Mons Grima sejjaħ grupp ta' tfajliet biex jitolbu għall-qdusija tas-saċerdoti u biex jgħinu lis-saċerdoti l-iżjed lil dawk residenti fid-Dar tal-Kleru. Il-Kappella hi miftuħa għall-pubbliku kuljum mill-10.00 am sa nofsinhar u mill-4.00 sas-7.00 pm.

  • Rettur

    Mons Anton Cassar

  • Telefon

    2144 1670