Konxji mill-fatt li l-adolexxenti joffru sfida sabiħa lil kull min hu nvolut magħhom fil-pastorali, is-Segretarjat għall-Katekeżi qed jorganizza seminar ta’ nofs ta’ nhar fejn ser jiġu ppreżentati u diskussi:

– id-dokument dwar il-formazzjoni nisranija tal-adolexxenti

– il-viżjoni, missjoni u pjan ta’ ħidma,

– itinerarju-gwida kateketika għall-laqgħat mal-adolexxenti.

Dan is-seminar se jsir nhar is-Sibt 24 ta’ Ottubru, l-Istitut Kattoliku, Floriana mid-9.00am sa nofsinhar.