L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Albert Buhagiar bħala arċipriet tal-parroċċa tal-Mosta.

Dun Albert Buhagiar twieled f’Ħal Tarxien fid-19 ta’ Awwissu 1964. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola Primarja ta’ Raħal Ġdid, il-Kulleġġ tal-Karmelitani, Santa Venera, u l-Kulleġġ De La Salle, Cottonera. Kompla l-istudji terzjarji tiegħu fil-Filosofija u t-Teoloġija, fl-Università ta’ Malta.

Dun Albert ġie ordnat saċerdot fit-2 ta’ Lulju, 1993. L-ewwel ħidma pastorali tiegħu kienet fil-parroċċa tal-Gżira bħala viċi-kappillan. Sentejn wara nħatar viċi-kappillan fil-parroċċa taż-Żejtun u fl-1996 inħatar segretarju personali tal-Arċisqof Ġużeppi Mercieca. Fl-istess żmien, huwa wettaq ukoll ħidma pastorali fil-parroċċi ta’ Marsaskala u Ħal Luqa. Fil-2002 Inħatar Arċipriet tal-parroċċa ta’ San Nikola, s-Siġġiewi.

Il-parroċċa tal-Mosta tiġbor fiha madwar 19,000 persuna f’6,300 familja.