Nhar is-6 ta’ Diċembru 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar il-Kulleġġ Sant Elija, skola sekondarja mmexxija mill-Patrijiet Karmelitani. L-Arċisqof kien milqugħ mill-Provinċjal tal-Karmelitani f’Malta Patri Michael Farrugia O.Carm. u mir-Rettur tal-Kulleġġ Patri Jürgen Cucciardi O.Carm. li wassluh sal-bitħa tal-Kulleġġ fejn kien hemm l-istudenti miġburin jistennew il-wasla tiegħu. L-Arċisqof iltaqa’ mal-istudenti fil-klassijiet tagħhom, u ċċelebra l-Quddiesa mal-istudenti tal-Form 2 li fil-ġimgħat u x-xhur li għaddew irċevew is-sagrament tal-Griżma tal-Isqof.