Bormla (Cospicua)

  • Bormla saret parroċċa fis-sena 1586 u l-knisja, iddedikata lit-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Marija, hi knisja kolleġġjata mis-sena 1822. Il-kwadru titulari ġie nkurunat mill-Kardinal Ferrata fis-sena 1905 u, ħamsin sena wara, il-Kardinal Tedeschini żejnu b'stellarju tad-deheb.
  • Numru ta' Parruċċani: 5, 657
    Numru ta' Familji: 1,600
  • Knisja Kolleġġjata Arċipretali Tal-Kunċizzjoni

    Data tad-dedikazzjoni 25 ta' Mejju, 1732
  • Arċipriet

    Kan. Dun Anton Cassar
  • Uffiċċju Parrokkjali

    65, Triq il-Gendus,
    Bormla BML 1025
  • Ħinijiet tal-Uffiċċju

    It-Tlieta: 10:30 - 11:30 a.m.
    Il-Ħamis: 5:30 - 7:00 p.m.
  • Telefon

    2182 8413
    2180 0002 (Fax)
  • Presbiterju Parrokkjali

    Kan. Dun Anton Cassar, Arċipriet
    Kan.  Ruben Vella, Viċi-Arċipriet
    Kan. Joe Abela, Kantur
    Kan. Jesmond Manicaro, Dekan
    Kan. Ġużepp Żammit, Primiċerju
  • Saċerdot ieħor residenti fil-Paroċċa

    Dun Joe Henry Abela

    Kunsil Pastorali Parrokkjali

    President: Kan. Dun Anton Cassar, Arċipriet
    Segretarju: Sur Charlie Gatt

    Kunsil Ekonomiku Parrokkjali

    President: Kan. Dun Anton Cassar, Arċipriet
    Segretarju: Sur Joe Bartolo
    Membri: Sur Gordon Harvey u s-Sur Alfred Briffa
  • Quddies

    Ħdud u Festi:  7.00, 9.15, 11.45 am, 5.00 pm
    Sibtijiet Filgħaxija: 4.45, 6.00 pm
    Ġranet Ferjali: 7.00, 8.30 am, 6.00 pm
     
  • Knejjes Filjali

  • Knisja ta' San Pawl

    Il-knisja nbniet fl-1741 flok knisja oħra li kienet inbniet fl-1590. Fil-knisja jistgħu jsiru ż-żwiġijiet.
    Fil-knisja jkun hemm kuljum l-Adorazzjoni Perpetwa mis-7.30 am sat-8.00 pm
  • Rettur

    Kan. Dun Anton Cassar, Arċipriet
  • Quddies

    Ħdud u Festi: 8.15 am
    Ferjali: 7.00 am
  • Kappella San Tumas

  • Rettur

    Kan. Dun Anton Cassar, Arċipriet
  • Quddies

    Ħdud: 8.30 am
  • Ċentru Pastorali Sagra Familja

    Fid-Domus isir il-katekiżmu għat-tfal u attivita’ pastorali għall-adolexxenti, żgħażagħ u adulti, inklużi koppji u anzjani.
  • Rettur

    Kan. Dun Anton Cassar, Arċipriet
  • Konservatorju ta' San Ġużepp

  • Quddies

    Ġranet Ferjali: 4.30 pm
    Ħdud u Festi: 10.30 am
  • Knejjes u Kappelli Tar-Reliġjużi

      • Kappella tas-Sorijiet Ursolini

    Is-Sorijiet Orsolini bdew jibnu l-kunvent tagħhom f'Bormla fl-1952 u sentejn wara bdew il-ħidma tagħhom ta' ħarsien u ta' edukazzjoni tat-tfal.
      • Kappella tas-Sorijiet Franġiskani

    Is-Sorijiet Franġiskani marru Bormla fl-1889 biex hemm jiftħu skola. Il-kunvent u l-iskola ġew meqruda għal kollox fil-gwerra, iżda reġgħu bnewha biex ikunu jistgħu jkomplu l-missjoni tagħhom ta' tagħlim u edukazzjoni tat-tfal.
  • Quddies

    Ġranet Ferjali: 6.30 am
    Ħdud u Festi: 7.00 am
     
      • Monasteru Santa Margerita

    Il-monasteru twaqqaf fl-1726 bħala orfanatrofju minn żewġ saċerdoti, megħjunin minn sinjura li flimkien ma' xi nisa oħra kienu jieħdu ħsieb l-orfanatrofju u jgħixu flimkien ħajja ta' reliġjużi bħala Terzjarji Tereżjani, iżda l-Granmastru deherlu li kellhom jgħixu bħala Klawstrali, u fl-1739 sbatax-il soru ħadu l-abitu tat-tieni Ordni Tereżjan mill-Isqof Alpheran.
    Dedikazzjoni tal-knisja 28 ta' Ottubru 1787
  • Rettur

    Il-Patrijiet Terezjani
  • Telefon

    2182 0558
  • Quddies

    Ħdud u Festi u Ġranet Ferjali: 7.15 am
      • Knisja ta' Santa Tereża

    Il-knisja u l-kunvent tat-Tereżjani f'Bormla nbnew fl-1625 u għal żmien twil kien l-uniku kunvent li kellhom it-Tereżjani f'Malta.
    Data tad-Dedikazzjoni 18 ta' Marzu 1797
  • Rettur

    Pirjol Patri Juan Debono OCD
  • Telefon

    2182 6111
  • Quddies

    Ħdud u Festi:  7.15, 8.45, 10.15 am, 4:15 pm
    Sibtijiet Filgħaxija: 6.30 pm
    Ġranet Ferjali: 6.15, 8.00 am, 6.30 pm
     
  • Kappella tal-Adorazzjoni

    Knisja ta' San Pawl 

    Indirizz:

    Triq San Pawl, Bormla

    Ħinijiet tal-Ftuħ:

    Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 7.30am-8.00pm
    Sibtijiet: 7.30am-12.00pm