There are two available versions of this publication: one for the organist and psalmist and another for the choir and the congregation. These books can be bought at the Archbishop’s Curia and major catholic bookstores. The hardback edition for the organist and psalmist is accompanied by four demo CDs at the price of €50 whereas the paperback edition for the choir and congregation is being sold at €10.

Il-Kummissjoni Liturġija Interdjoċesana ppubblikat ktieb bis-Salmi Responsorjali għall-Ħdud ta’ matul is-sena liturġika.

Is-Salm Responsorjali hu element li kiseb apprezzament ġdid fil-liturġija ta’ wara l-Konċilju Vatikan II. Tlettax-il seklu ta’ tradizzjoni kienu rriduċew is-salm għal vers wieħed jew tnejn bejn il-qari tal-lezzjoni u tal-Evanġelju.  Peress li l-Isqfijiet miġbura għall-Konċilju qablu li jġibu  ’l quddiem l-imħabba għat-tagħrif ħelu u ħaj tal-Kotba Mqaddsa spiċċajna b’siltiet itwal mis-salmi f’kull ċelebrazzjoni tal-Quddiesa.

Għaldaqstant il-Kummissjoni Liturġija Interdjoċesana stiednet lis-Surmast Raymond Sciberras biex jikkomponi mużika għas-Salmi Responsorjali tal-Ħdud. Il-mużika tal-widna li ħoloq għandha tgħin biex, kemm jista’ jkun, fil-parroċċi jkollna ċelebrazzjoni awtentika tas-salm.

Hemm żewġ verżjonijiet ta’ din il-pubblikazzjoni: Il-ktieb għall-orgni u s-salmista u l-ieħor għall-kor u l-ġemgħa. Dawn il-kotba jinsabu għall-bejgħ mill-Kurja Arċiveskovili u mill-ħwienet ewlenin. L-edizzjoni b’qoxra iebsa tal-ktieb għall-orgni u s-salmista, flimkien ma’ erba’ demo CDs tinbiegħ għall-prezz ta’ 50 Euro, filwaqt li dik tal-kor u l-ġemgħa (qoxra ratba) tinbiegħ għall-prezz ta’ 10 Euro.