Ħal-Tartarni, raħal li llum m'għadux jeżisti, kien parroċċa fis-sena 1436, iżda meta n-nies ma baqghux jgħammru fih, fis-sena 1539, il-parroċċa ta' Ħal-Tartarni ġiet fix-xejn. Ftit bogħod kien inbena raħal ieħor, Ħad-Dingli, u dan sar parroċċa fl-1615. Xi ħamsin sena wara, meta ma kienx għad hemm isqof ta' Malta, ma baqax parroċċa, iżda malli sar l-isqof il-ġdid, Ħad-Dingli sar parroċċa mill-ġdid fl-1678. Il-knisja li hemm illum inbniet fl-1903 flok il-knisja li kien hemm fl-1678.
Numru ta' Parruċċani: 4,000
Numru ta' Familji: 1,100
Knisja Parrokkjali Ta' Santa Marija
Data tad-Dedikazzjoni : 26 ta' Marzu 1939
Arċipriet
Dun Mark Mallia Pawley
Uffiċċju Parrokkjali30, Triq il-Knisja
Ħad-Dingli DGL 1010
Ħinijiet tal-Uffiċċju
It-Tlieta:
10.00 am - 11.00 am
L-Erbgħa:
4.30 pm - 7.00 pm
Il-Ħamis:
4.30 pm - 6.00 pmTelefon
21454634 Uffiċċju
Presbiterju Parrokkjali
Arċipriet
Mons Louis Camilleri
Dun Charlon MuscatKunsill Pastorali Parrokkjali
President: Sur Steve Abela
Segretarju: Ms Christine Scerri
Kunsill Ekonomiku Parrokkjali
President: Sur Tony Saliba
Membri: Sur Diego Attard, Sur Stefan Saliba, Ms Doris Tanti, Sur Patrick Calafato, Ms Marisa Calafato, Perit David Vassallo u Ms Marvic Vella
Quddies
Ħdud u Festi: 6.30, 8.00, 9.30, 11.00 am, 4.30 pm (xitwa), 5.00 pm (sajf)
Sibtijiet: 6.00 am, 7.30 am, 4.30, 6.30 pm (xitwa); 5.00 pm, 7.00 pm (sajf)
Ġranet Ferjali: 6.00am, 7.30 am, 6.30 pm (xitwa); 7.00 pm (sajf)
Knejjes Filjali
Kappella ta' Santa Duminka
Il-knisja nbniet fl-1669 u hi ġuspatronat: jieħu ħsiebha Dun Ġwann Azzopardi u jqaddes fiha darba fis-sena.
Kappella ta' Santa Marija Maddalena
Il-kappella tinsab fuq l-irdumijiet ta' Ħad-Dingli u nbniet għall-ħabta tas-sena 1640: jieħu ħsiebha l-Kappillan u titqaddes Quddiesa fit-7.30 p.m. fit-22 ta' Lulju, nhar it-titular.
Kappella taċ-Ċimiterju
Iċ-ċimiterju beda jintuża fl-1952, u fil-kappella titqaddes Quddiesa fit-2 ta' Novembru u fl-ewwel Ħadd ta’ Novembru.
Savio College
Il-Kulleġġ ġie mwaqqaf mis-Salesjani ta' Dun Bosco fl-1969 biex ikun ċentru ta' edukazzjoni nisranija u formazzjoni salesjana għaż-żgħażagħ. Il Kulleġġ huwa skola sekondarja għal 250 student, filwaqt li l-Oratorju Salesjan jiftaħ tliet darbiet fil-ġimgħa għaż-żgħażagħ tal-lokalità. Iħaddan fih l-istudenti post-novizzi kif ukoll huwa ċentru ta' animazzjoni vokazzjonali li jilqa' l-aspiranti. Il-Kulleġġ għandu wkoll ċentru ta' rtiri mmexxi mis-"Salesian Pastoral Youth Service" li jipprovdi varjetà ta' seminars u rtiri għaż-żgħażagħ.
Rettur
Fr Joe Portelli SDB
Telefon
2145 6251
Kappella tal-Adorazzjoni
Kappella Dar Don Bosco
Indirizz:
Triq il-Kbira, Ħad-Dingli
(faċċata tal-Għana tal-Pulizija)Ħinijiet tal-ftuħ:
It-Tnejn sas-Sibt: 7.30am - 9.00pm