Ħal Għargħur

  • Ħal Għargħur sar parroċċa fi żmien l-Isqof Gargallo fis-16 ta' Lulju 1610. Il-Knisja li hemm illum, iddedikata lill-Appostlu San Bartilmew, bdiet tinbena fis-sena 1610, u ġiet ikkonsagrata mill-isqof Alpheran fit-22 ta' April 1736.

  • Numru Ta' Parruċċani: 3,000

    Numru Ta' Familji: 900

  • Knisja Parrokkjali tal-Appostlu San Bartilmew

    Data tad-Dedikazzjoni: 22 ta' April 1736

  • Kappillan

    Dun Christopher Galea

  • Uffiċċju Parrokkjali

    10, Triq Ferdinand, Għargħur, GĦR 1453

  • Ħinijiet tal-Uffiċċju

    It-Tnejn u l-Ġimgħa:

    4.00 - 5.30 pm

  • Telefon

    Uffiċċju u Dar: 21411853

  • Presbiterju Parrokkjali

    Dun Christopher Galea, Kappillan

    Kunsill Pastorali Parrokkjali

    President: Dun Christopher Galea Kappillan

    Moderatur: Sur Stephen Gauci

    Segretarja: Ms Elaine Muscat

  • Quddies

    Ħdud u Festi: 6.00am, 7.30am, 9.00am, 10.30am, 5.00pm

    Sibtijiet Filgħaxija: 6.15pm

    Ġranet Ferjali: 6.45am, 6.15pm

  • Knejjes Filjali

  • Knisja ta' Santa Marija Assunta (taż-Żellieqa)

    Mons. Dusina, fiż-żjara li għamel fl-1575, jgħid li l-knisja nbniet b'wegħda minn tfajla li qalgħet fejqan mirakoluż wara dehra tal-Madonna (fatt li aktarx ġara fl-1560. Il-knisja l-antika twaqqgħet fl-1650 u nbniet flokha dik li hemm illum. Il-knisja tkun miftuħa kull nhar ta' Sibt mit-8.00 a.m. sal-5.30 p.m. għad-devozzjoni tan-nies; fiha jistghu jsiru ż-żwiġijiet.

  • Rettur

    Kappillan

  • Quddies

    Kull l-ewwel Sibt tax-xahar 7.30 am.

  • Knisja ta' San Nikola

    Il-kappella nbniet l-ewwel darba fis-seklu ħmistax iżda bħal ħafna knejjes oħra ingħalqet fl-1575 minn Mons. Dusina; reġgħet inbniet fl-1656; illum qed tintuza bħala kappella għall-Adorazzjoni Ewkaristika kontinwa. Tkun miftuħa kuljum bejn is-6.30 am u t-8.00 pm. Nhar ta' Ħadd tiftaħ bejn it-8.00 am u nofsinhar.

  • Kappella ta' San Ġwann Battista

    Il-Knisja hija antika ħafna u kienet taqdi l-ħtiġijiet spiritwali tan-nies ta' Ħal Għargħur qabel inbniet il-knisja parrokkjali ta' llum; ingħalqet mill-isqof Balaguer fl-1659, iżda aktar tard reġgħet infetħet; tinsab maġenb iċ-ċimiterju.

  • Quddiesa

    Kull l-ewwel Tnejn tax-xahar ta' Novembru: 11.30 am

  • Kappella ta' Santa Marija (Ta' Bernarda)

    Il-Kappella kienet teżisti qabel iż-żjara ta' Monsinjur Dusina fl-1575; inbniet mill-ġdid fl-1588 iżda kif inhi llum inbniet fl-1655. Hi magħrufa bħala kappella ta' Bernarda għax fl-1571 ċerta Bernarda Cauchi tatha b'legat lill-knisja.

  • Kappella ta' Santa Marija Tal-Magħtab

    Din il-kappella nbniet fis-seklu tmintax minflok kappella oħra iktar antika li tissemma' fl-Atti tal-viżta ta' Monsinjur Dusina fl-1575.

  • Dar ta' l-irtiri Porziuncola

    Fl-1959 il-patrijiet Franġiskani bdew jibnu dar għall-irtiri f'Baħar iċ-Ċagħaq wara li kienu ilhom minn 1947 jgħixu f'dar qrib il-knisja ta' San Ġwann Evanġelista. Id-dar ta' l-irtiri fetħet bl-ewwel irtir fl-14 ta' Lulju 1964: fiha jsiru irtiri u laqgħat tul is-sena kollha.

  • Direttur

    Patri Paul Attard OFM

  • Telefon

    21374222

  • Indirizz

    Dar ta' l-Irtiri Porzjunkola,

    Triq Porzjunkola,

    Baħar iċ-Ċagħaq NXR 5272

  • Knisja ta' Santa Marija ta' l-Anġli

    Il-patrijiet Franġiskani li kienu jieħdu ħsieb in-nies ta' Baħar iċ-Ċagħaq mill-knisja ta' San Ġwann Evanġelista, fis-16 ta' Lulju 1973 fetħu kappella żgħira aktar qrib id-djar tan-nies; l-ewwel ġebla għall-knisja l-ġdida tqiegħdet fit-2 ta' Awissu 1995 u t-tberik tal-knisja u taċ-ċentru pastorali u l-kunvent li hemm magħha tbierku fit-2 ta' Awissu 2000.

  • Rettur

    Patri Paul Attard OFM

  • Telefon

    21378639

  • Indirizz

    Kunvent Santa Marija ta' l-Anġli

    Triq ix-Xambekk

    Baħar ic-Ċagħaq NXR 5073

  • Quddies

    Ħdud u Festi: 8.30, 9.30, 10.30 am

    Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 6.15, 8.00 am u 6.30 pm

    Is-Sibt: 8.00 am u 6.30 pm

  • Kappella tal-Adorazzjoni

    Kappella San Nikola

    Indirizz:

    Triq San Nikola, Għargħur

    Ħinijiet tal-ftuħ:

    Mit-Tnejn sas-Sibt: 5.30am - 6.00pm
    Il-Ħadd: 5.30am - 12pm