Ħal Għaxaq

  • Sa mis-sena 1511 f'Ħal Għaxaq kien hemm knisja dedikata lit-Tlugħ tal-Verġni Marija fis-sema. Meta Ħal Għaxaq sar parroċċa fl-1626, in-nies ħadu ħsieb jibnu knisja ġdida li tlestiet fl-1655; tmenin sena wara nbniet il-knisja li hemm illum.

  • Numru Tal-Parruċċani: 4,750

    Numru Tal-Familji: 1,500

  • Knisja Parrokkjali Ta' Santa Marija

    Data tad-dedikazzjoni: 2 ta' Mejju 1784

  • Kappillan

    Dun Mario Said

  • Uffiċċju Parrokkjali

    20 Vjal il-Labour
    Ħal Għaxaq GXQ 1832
  • Ħinijiet tal-Uffiċċju

    It-Tlieta u l-Ħamis

    4.30 - 6.15 pm

    Is-Sibt

    9.30 am - 11.00 am

  • Telefon

    21667825 Uffiċċju

    21892004 Dar

  • Presbiterju Parrokkjali

    Dun Mario Said, Kappillan
    Dun Nicholas Dimech, Viċi
    Dun Joe Inguanez
    Dun Anġ Vella

  • Quddies

    Ħdud u Festi: 6.00, 7.30, 9.00, 10.30 am, 6.00 pm

    Sibtijiet Filgħaxija: 6.00 pm (xitwa) ; 6.30 pm (Lulju-Settembru)

    Ġranet Ferjali: 6.00, 7.00, 8.00 am;  6.30 p.m

  • Knejjes Oħra

  • Knisja ta' Santu Kristu

    Il-knisja ħadet il-post ta' niċċa tarRedentur li twaqqfet fl-1807 minn Mikelanġ Żammit li ħeles mill-mewt meta nqalbet il-karrozzella tiegħu. Il-knisja nbniet fl-1852; u tlestiet fl-1858. Sal-lum-il ġurnata, l-knisja tiġbed devozzjoni lejha minn kull rokna ta' Malta. Fiha jistgħu jsiru żwiġijiet.

  • Rettur

    Dun Joe Inguanez

  • Knisja ta' San Filippu Neri

    Il-knisja nbniet fl-1762 u hija ġuspatronat; fiha jkun hemm ġurnata Esposizzjoni Ewkaristika kull l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar.

  • Rettur

    Dun Anġ Vella

  • Kappella taċ-Ċimiterju

  • Rettur

    Il-Kappillan

  • Kappella tal-Adorazzjoni

    Parroċċa Ħal Għaxaq

    Indirizz:

    Triq Santa Marija Ħal Għaxaq

    Ħinijiet tal-Ftuħ:

    Mit-Tnejn sal-Ħadd: 7.00am-9.00pm