Henry u Inez Casolani kienu koppja li żżewġu fl-1944. Inez mietet fl-1992 u Henry fl-1999. Huma għexu l-ħajja miżżewga ta’ kuljum b’mod straordinarjament tajjeb.  Fid-dettall ta’ ħajjithom ippprovaw jagħmlu kollox sew b’imħabba kbira lejn Alla u l-proxxmu. Kmieni fil-ħajja tagħhom huma għamlu deċiżjoni fundamentali favur is-sewwa.  Bil-grazzja ta’ Alla din id-deciżjoni għenithom biex għexu l-virtujiet Insara b’mod eżemplari u fil-mixja tal-ħajja ta’ kuljum kienu mberkin minn Alla.

Henry u Inez kellhom ħafna tiġrib fil-ħajja. Minkejja s-soffferenzi emottiva umana, huma bierku lill-unika binthom Cecilia Mary li daħlet soru.  Henry kellu fejqan straordinarju mir-retinopatija djabetika bl-intercessjoni tal-Beata Sr Maria Adeodata Pisani u Inez fieqet minn deni qawwi permezz ta’ relikwija ta’ San Ġorg Preca.

Hawn naraw kif il-qdusija hija sejħa miftuħa ghal kulħadd.

Kompli aqra fuq kif ħajjithom offrewha lil Alla fuq din il-link t’hawn.

“…always leave room for HIM in your own loving heart.” Inez Casolani