Nhar il-Ħadd li ġej, 22 ta’ Novembru 2009, se tiġi organizzata ċ-ċelebrazzjoni Djoċesana ta’ Kristu Re bit-tema “Miftuħin għal Alla, miftuħin għal ħutna”. Is-segretarju pastorali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, Mons Charles Cordina, qal li din it-tema tistedinna lkoll nieħdu responsabilta’ tal-ġustizzja u s-solidarjeta’ kull fejn inkunu. Din it-tema intagħzlet minhabba li ċ-ċelebrazzjoni se tiffoka fuq l-Enċiklika tal-Papa Benedittu XVI ‘Caritas In Veritate’. Il-programm jinkludi feature li jispjega l-punti ewlenin ta’ din l-Enċiklika, b’emfażi fuq il-globalizazzjoni, l-kriżi finanzjarja, l-immigrazzjoni u l-ambjent. Iċ-ċelebrazzjoni Djoċesana tilhaq il-qofol tagħha bid-diskors tal-Arċisqof Pawlu Cremona OP, li wkoll se jkun qed jagħmel r-riflessjonijiet tiegħu fuq l-Enċiklika tal-Papa. Din iċ-ċelebrazzjoni, li tibda fl-4.00 p.m, se ssir quddiem il-Knisja Parrokkjali tas-Swatar. Kulħadd huwa mistieden li jattendi.