Gwardamanġa

  • Fl-1952, il-patrijiet Dumnikani, bit-tħabrik tal-provinċjal tagħhom ta' dak iz-zmien, P. Esmond Klimeck, bnew is-Santwarju tal-Madonna ta' Fatima, fi Gwardamanġa, biex ikun iċ-Ċentru tal-Kruċjata tar-Ruzarju. Is-Santwarju nfetaħ fis-sena 1955 u fl-1968 sar knisja parrokkjali.

    Numru Ta' Parruċċani: 3,000

    Numru Ta' Familji: 900

  • Knisja Parrokkjali Tal-Madonna Ta' Fatima

    Data tad-dedikazzjoni 29 ta' Mejju 1978

  • Kappillan

    P. Vince Micallef OP

  • Uffiċċju Parrokkjali

    Santwarju ta' Fatima

    49, Triq Santa Monika

    Gwardamanġa PTA 3111

  • Ħinijiet tal-Uffiċċju

    It-Tnejn u s-Sibt:

    9.30 - 11.00 am

    It-Tnejn u L-Erbgħa:

    5.00 - 7.00 pm

  • Telefon

    Uffiċċju: 21220050
    Kunvent: 21233620

  • Presbiterju Parrokkjali

    Rev. Vince Micallef OP Kappillan u Pirjol
    Rev. Ġiġi Sapiano OP, Viċi
    Rev. Reginald Borg OP
    Rev. Daniel Bonello OP
    Rev. Mark Montebello OP
    Rev. Joseph Vassallo OP

    Kunsill Pastorali Parrokkjani 

    President:  P. Vince Micallef  OP Kappillan 

    Moderatur: Sur Ramon Borg

    Segretarja: Ms Pauline Grech

    Kunsill Ekonomiku Parrokkjali 

    President: P. Vince Micallef OP Kappillan 

    Segretarju:  Mr Larry Friggieri

    Membri:  Mr Frans Polidano

  • Quddies

    Ħdud u Festi: 8.00, 10.00, 12.00 am, 6.00 pm

    Sibtijiet Filgħaxija: 6.00 pm

    Ġranet Ferjali: 7.00am, 9.00 am, 6.30 pm

  • Knejjes Filjali

  • Knisja tad-Duluri

    Il-Knisja nbniet fl-1590 fil-post fejn kien hemm ċimiterju tal-mejtin bil-pesta. Fl-1617 ħdejn il-knisja nbena kunvent zghir ta' l-Agostinjani li marru joqogħdu fih fl-1652, izda ma damux wisq hemm. Fl-1721 il-knisja saret viċi-parroċċa ta' San Pawl tal-Belt għan-nies li kienu joqogħdu fix-xatt tal-Pieta', izda ma baqgħetx aktar viċi-parroċċa fl-1740 meta viċi-parroċċa saret il-knisja ta' San Pubblju fil-Furjana. Mis-sena 1974 is-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta' Ġesu' ħadu f'idejhom il-kunvent u bdew jieħdu ħsieb il-knisja.


    Quddies

    Ħdud u Festi: 7am
    Sibtijiet Filgħaxija: 5pm
    Ġranet Ferjali: 7am

  • Kunvent ta' San Tumas ta' Villanova

    L-iskola li l-Agostinjani kienu fetħu f'Ħal Tarxien tant ċkienet li nħasset il-ħtieġa li jkollha post akbar u għalhekk ġiet trasferita f'xi vilel u djar li l-patrijiet kisbu f'Tal-Pieta; dan ġara fl-1965. Sena wara beda l-bini ta' kulleġġ ġdid, li nfetaħ fl-1972. Mal-Kulleġġ inbena wkoll kunvent, li hu ċ-Ċentru għall-Vokazzjonijiet Agostinjani. Il-kappella privata tal-kunvent hi ddedikata lil San Tumas ta' Villanova, waqt li l-kappella tal-kulleġġ li tintuza biss mit-tfal ta' l-iskola hi ddedikata lil Santu Wistin.

  • Knisja tal-Madonna ta' Loreto

    Il-knisja tagħmel mal-kunvent tas-Sorijiet Orsolini; infetħet fl-1938 u fiha jistgħu jsiru ż-Żwiġijiet. Jieħdu ħsiebha l-Patrijiet Dumnikani ta' Gwardamanġa.

  • Quddies

    Ħdud u Festi 07.00, 08.00 am

    Ġranet Ferjali: 06.30 am

  • Kappella tal-Adorazzjoni

    Kappella Ġesù Ewkaristija

    Indirizz:
    Triq Santa Monika, G'Mangia
    Ħinijiet tal-ftuħ:
    24 siegħa