Għaqda Nazzjonali tal-Abbatini

  • Għaqda Nazzjonali tal-Abbatini

  • c/o Seminarju, Tal-Virtù, Rabat

    Direttur

    Dun Frans Bonnici

    E-mail

    fransbonnici@libero.it

    Membri

    Paul Dimech

    Tel

    2146 1426

    Mob

    7933 2693
    Dun Vincenz Deguara

    Tel

    2169 3859

    Mob

    7969 3859

    L-Għaqda Nazzjonali ta’ l-Abbatini tikkordina l-ħidma tad-diretturi lokali ta’ l-abbatini billi

    1. toffrilhom materjal li jagħinhom kemm fil-formazzjoni kif ukoll fl-organizzazzjoni tal-grupp ta’ l-abbatini;
    2. tgħin fit-tħejjija u fl-organizzazzjoni tal-vestizzjoni ta’ l-abbatini;
    3. torganizza laqgħat ta’ formazzjoni għall-kapi gruppi u viċi-kapi gruppi ta’ l-abbatini tal-parroċċi djoċesani u reliġjużi fl-ewwel Sibt tax-xahar fil-Knisja tal-Vitorja,Valetta mit-3.00 p.m. sa l-4.15 p.m.;
    4. tiċċelebra l-Festa ta’ San Tarċisju, patrun u mudel ta’ l-abbatini Maltin fl-aħħar Sibt ta’ Ottubru;
    5. tlaqqa’ l-abbatini Maltin għat-talb is-Sibt qabel Ħamis ix-Xirka biex tħejjihom bit-talb għall-akbar Festa Liturġika;
    6. tagħmel league tal-futbol għall-abbatini fil-ġranet ta’ wara l-Milied u wara l-Għid il-Kbir bħala rikonoxximent għall-ħidma li jkunu għamlu l-abbatini fil-Liturġija ta’dawn il-Festi;
    7. taħseb biex kull sena jsir kors ta’ tagħlim liturġiku biex, minn dawk li jieħdu sehem fih, jintgħażel grupp ta’ abbatini Maltin li jmur jservi l-Quddies fil-Bażilka ta’ San Pietru fil-Vatikan f’Ruma;
    8. torganiżża laqgħat għall-abbatini li marru jagħtu servizz fil-Bażilka ta’ San Pietru fil-Vatikan;
    9. tieħu ħsieb dawk l-abbatini li juru sinjali ta’ vokazzjoni għall-ħajja saċerdotali jew konsagrata;
    10. taħseb ukoll biex fuq bażi djoċesana, tipprovdi s-servizz liturġiku tal-Ħadd fil-Katidral ta’ l-Imdina u fil-Kon-Kattidral ta’ S Ġwann.