Apostolat tal-Ħniena Divina

  • Apostolat tal-Ħniena Divina

  • Indirizz

    Miss Marianne Pace,
    Appostolat tal-Ħniena Divina,
    271/5, Triq it-Torri,

    Tas-Sliema

    Tel

    2132 3282
    Huwa ffurmat minn grupp ta’ lajċi li qegħdin ixerrdu l-messaġġ u d-devozzjoni lejn il-Ħniena Divina, kif ġew rivelati lil Santa Fawstina Kowalska. Fost affarijiet oħra, jagħmlu numru sabiħ ta’ Adorazzjonijiet kull xahar u jorganiżżaw il-Festa tal-Ħniena Divina madwar Malta u Għawdex. Huma f’kuntatt ma’ l-Istitut tal-Ħniena Divina, “Ġwanni Pawlu II” li jinsab fl-Amerika.
    F’Malta ġie mwaqqaf bil-barka ta’ l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex fis-sena 1987 minn Miss Marianne Pace, li hi l-mexxejja ta’ dan l-Apostolat, u għandu dawn l-għanijiet:

    • li jxandru u jgħixu l-messaġġ u d-devozzjoni tal-Ħniena Divina kif ġie rivelat lil Santa Fawstina Kowalska;
    • li jitolbu għall-ħniena fuq id-dinja permezz tat-talb u sagrifiċċji, joffru l-intenzjoni għas-saċerdoti u r-reliġjużi, u għall-konverżjoni ta’ l-erwieħ;
    • li jimxu fuq l-istess eżempju ta’ Santa Fawstina Kowalska, fl-imħabba li kellha lejn Alla u l-umanità, fis-sempliċità ta’ ħajjitha u l-fiduċja sħiħa li kellha f’Alla.

    Il-“Mission Statement” ta’ dan l-aposotlat huwa: “Aħna m’aħniex ħlief strument f’idejn Alla. Kull ma nagħmlu, nagħmluh fi spirtu ta’ talb, b’umilta’ kbira u għall-glorja ta’ Alla biss. Ninkurunaw dak kollu li nagħmlu bl-imħabba, biex hekk inkunu qegħdin nimxu fuq il-passi ta’ Santa Fawstina, u fl-ispiritwalita’ ta’ l-Apostolat tal-Ħniena Divina.”