Il-Leġjun ta’ Marija

  • Il-Leġjun ta’ Marija


  • ​Il-Leġjun ta’ Marija huwa moviment tal-lajċi mwaqqaf minn Frank Duff, f’Dublin (Irlanda) fis-7 ta’ Settembru 1921. Hawn Malta l-Leġjun waqqfitu Miss Monica Walsh, u l-ewwel laqgħa saret fit-3 ta’ Novembru 1936 f’Tas-Sliema. Illum il-Leġjun hu mxerred tista’ tgħid fil-parroċċi kollha ta’ Malta u Għawdex.
    L-għan ewlieni tal-Leġjun huwa l-glorja ta’ Alla permezz tat-tqaddis tal-membri bit-talb u l-ħidma flimkien, taħt it-tmexxija tal-Knisja għar-rebħa sħiħa kontra s-setgħat tal-ħażen. Il-membri tal-Leġjun jieħdu l-ispirazzjoni tagħhom mill-Verġni Marija: l-umilta’, l-ubbidjenza u t-tjieba tagħha, il-ħajja tagħha ta’ talb bla heda, is-safa, is-sabar tagħha, l-imħabba tagħha għal Alla u l-fidi tagħha. Il-Leġjun jippubblika rivista kull tliet xhur, “Vexillina”, Editur Sur Kenneth Abela.

    President

    Sur John Francalanza

    Indirizz

    148, Blanche Huber Street, Sliema

    Mob

    99873537

    Headquarters

    “Legio Mariae”,
    278, Triq San Pawl,
    Valletta