Azzjoni Kattolika Maltija


  • Uffiċċju Ċentrali – Istitut Kattoliku

    Floriana

    Tel

    2122 2239

    Fax

    2123 0829

    Website

    www.akmalta.org

    Il-Papa Piju XI waqqaf l-Azzjoni Kattolika mad-dinja kollha bl-Enċiklika “Ubi Arcano” f’Diċembru 1922. F’Malta twaqqfet fil-5 ta’ April 1929 minn Patri Prof. Danjel Callus O.P. fost l-istudenti ta’ l-Università, u f’Ottubru tal-1930 twaqqfet il-Federazzjoni taċ-Ċirkoli ta’ l-Azzjoni Kattolika.

    L-Azzjoni Kattolika hi għaqda ta’ lajċi li minn rajhom jimpenjaw ruħhom, b’mod komunitarju u organizzat u b’kollaborazzjoni diretta mal-Ġerarkija, li jaħdmu biex jintlaħaq l-iskop appostoliku ġenerali tal-Knisja.

    L-Azzjoni Kattolika tiġbor fiha Fergħat ta’ l-Irġiel, Nisa, Żgħażagħ, Koppji Miżżewġin, adolexxenti (bniet u subien). Dawn il-Fergħat huma mxerrdin kważi fil-parroċċi kollha tal-gżejjer Maltin. L-Azzjoni Kattolika tħaddan ukoll inizjattivi oħra li permezz tagħhom twassal il-messaġġ nisrani lill-Poplu t’Alla b’dawn il-ħidmiet:

    • Segretarjat Assistenza Soċjali (SAS)
    • Kummissjoni Ħidma Morda u Persuni b’Diżabiltà.

    L-Azzjoni Kattolika waqqfet id-Dar tal-Providenza għal persuni b’diżabilità li tinkludi Villa Mons. Gonzi, Villa Papa Giovanni u Villa Papa Luciani. L-Azzjoni Kattolika għandha f’idejha l-amministrazzjoni tad-”Dar Familja Mqaddsa” għall-anzjani fin-Naxxar.

    Pubblikazzjonijiet ta’ l-Azzjoni Kattolika:

    • Leħen Is-Sewwa (Ġurnal għal tmiem il-ġimgħa); Editur: Sur Michael Caruana
    • IL-Faraġ (Bullettin għall-morda); Editur: Sur Stanely Spiteri.
    • Għas-Servizz Ta’ Ħutna (Servizz tas-Segretarjat); Editur: Sur Joe Rossi.
    • Information Sheet (Bullettin ta’ kull tlett xhur għall-membri); Editur: Sur Dennis Buttiġieġ.
    Barra li tieħu ħsieb il-formazzjoni spiritwali, kulturali, soċjali u apostolika ta’ l-imseħbin tagħha, u permezz tal-membri tagħha hija preżenti fl-attivitajiet varji ta’ apostolat fil-parroċċi, l-Azzjoni Kattolika tagħti għajnuna materjali b’imħabba lill-persuni u familji li jkunu f’xi bżonn partikolari permezz tas-Segretarjat Assistenza Soċjali; dan is-Segretarjat jagħti servizz ta’ ħarġiet għall-anzjani b’minibus u huwa għad-dispożizzjoni tal-parroċċi kollha.

    Permezz tal-Bookshop “Isqof Emmanuel Galea” fl-Istitut Kattoliku (Tel. 2123 7031. Fax: 2123 0829), l-Azzjoni Kattolika tagħti servizz fil-qasam tal-Komunikazzjoni Soċjali bil-bejgħ ta’ kotba, pubblikazzjonijiet, cassettes, eċċ, ta’ natura reliġjuża.

    Flimkien mal-”Maltese Cross Corps”u bl-għajnuna finanzjarja ta’ l-Awtoritajiet Ċivili, jiġi organizzat servizz ta’ “Meals on Wheels” f’diversi parroċċi.

    President Ġenerali

    Josef DeBono

    Viċi-President Ġenerali

    Marija Cachia

    Assistent Ekkleżjastiku

    vakanti

    Segretarju Ġenerali 

    vakanti

    Segretarju tad-Direttorju

    Adrian Leone Ganado

    President Fergħa Nisa

    IIvy Fleri

    President Fergħa Rġiel 

    Oscar Gerada

    Koppja President Fergħa Koppji 

    Emmanuel u Irene Dye

    President ŻAK (Żgħażagħ Azzjoni Kattolika)

    Clayton Tabone

    Assistent Ekkleżjastiku ŻAK 

    Fr Reuben Gauci

    Koordinatur Segretarjat Assistenza Soċjali 

    Martin Chetcuti                                

    Koordinatur Kummissjoni Ħidma Morda u Persuni b’Diżabiltà                              

    Lolly Debono

    Editur ‘Leħen is-Sewwa’

    Sur Michael Caruana

    Editur ‘Il-Faraġ’

    Sur Stanley Spiteri