Grupp Kultura Marjana

  • Grupp Kultura Marjana


  • Il-Grupp Kultura Marjana twaqqaf fl-1958 u beda jiffunzjona uffiċjalment bl-ewwel statut tiegħu f’Lulju 1959. Il-grupp ġie mwaqqaf mis-Sur Joseph de’ Conti Manduca, li dejjem kellu xewqa kbira li jorganizza żjajjar lis-santwarji Marjani f’Malta u Għawdex, bil-għan ewlieni li jġib ’il quddiem il-kultura Marjana f’pajjiżna. Il-Grupp għandu il-fuq minn 600 membru. Kull xahar jorganizza Laqgħat ta’ Talb u żjarat kulturali f’diversi Santwarji u Knejjes, speċjalment dawk iddedikati lill-Madonna, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Kull sena jiġi organizzat Kors Marjan ta’ sitt lezzjonijiet li huwa miftuħ għal kulħadd. Isiru wkoll żewġ Irtiri Magħluqa fir-Randan u fl-Avvent. Il-Grupp jitmexxa minn Kumitat Eżekuttiv li jiġi elett kull sentejn f’Laqgħa Ġenerali. Il-motto tal-Grupp hu Ad Jesum per Mariam.


    President

    Mrs Mary Anne Meilak, Dip.Educ. (Liv), c/o/ 95 Hompesch Road, Fgura.

    Tel

    2189 6586
    2163 2956

    Segretarja

    Miss Doris Mifsud, 181
    Main Str. B’Kara
    Tel 2144 0006

    Direttur Spiritwali

    Can. Joseph Bonello