L-Għaqda Koperaturi Salesjani

  • L-Għaqda Koperaturi Salesjani

  • Ko-ordinatur

    Mr.Joseph Busuttil,

    Tel

    21384996

    Fax

    21372975

    E-mail

    [email protected]

    Delegat

    Fr. Alfred Sacco sdb,

    Tel

    21334614

    Fax

    21314026

    E-mail

    [email protected]

    ​L-Ghaqda kooperaturi Salesjani giet imwaqqfa kanonikament mil-Papa Piju IX b-Degriet tad-9 ta’ Mejju 1876 “Cum sicuti” u fil-pjan ta’ Don Bosco ghal-Ewwel Kapitlu General tas-Socjeta’ Salesjana li sar fl-1877 kien biex il-kooperaturi jigu meqjusa bhala “ r-ruh tal-Kongregazzjoni”.
    Il-Kooperaturi Salesjani (rgiel u nisa), li ghalkemm huma mghandomx voti religjuzi, jhaddnu vokazzjoni ta’ qdusija. Mqanqlagh mis-Socjeta’ Salesjana, bhala, ghandhom bazikament l-istess skop, dak li jofru lilhom infushom ghal kull hidma tjaba ta’ mhabba maz-zghazagh u tfal fqar fl-ispirtu ta’ Don Bosco, fil-qadi tal-knisja ta’ l-istess belt jew rahal u f’komunjoni mal-Kongregazzjoni Salesjana.
    L-Ghaqda tal-Kooperaturi Salesjani f’Malta taf il-bidu taghha sa’ mis-sena 1883 permezz tal- Bullettin Salesjan li kien qed jasal Malta. Prof. Mgr. Luigi Farrugia kanonku tal-Kapitlu Katedrali, kien tant mqanqal mix-xoghol kbir u ta’ l-ghageb li kien qed jigi mwettaq minn Don Bosco, li gemgha grupp kbir ta’ rgiel u nisa biex waqqaf l-Ghaqda tal-Kooperaturi f’Malta u jwebbel il-poplu biex jirsistu biex is-Salesjani ta’ Don Bosco jigu Malta. Kien sar l-ewwel Direttur Spirituali tal-kooperaturi u biex jilhaq l-ghanijiet tieghu Mgr. Farrugia mar Torin, iltaqa ma’ Don Bosco u zghar ukoll l-Oratorju ta’ Valdocco.
    Ir-Rettur Maggur tal-Kongregazzjoni Salesjana huwa wkoll is-Superjur tal-Ghaqda u fiha huwa wkoll il-Moderatur Suprem. Il-mottu tal-Ghaqda huwa “da mihi animas, caetera tolle” (tini l-erwieh u hudli kull ma jibqa).