Għaqda Maltija għat-transport tal-Morda f’Lourdes

  • Għaqda Maltija għat-transport tal-Morda f’Lourdes

  • ​Indirizz

    6, Triq Federiku, il-Belt

    Tel

    2122 5303

    L-Għaqda magħrufa bħala Unione Maltese Trasporto Ammalati a Lourdes twaqqfet fl-1931 mill-Kanonku Ġużepp Azzopardi u s-sinjuri Ġużepp Galea u Ġużepp Debrincat, wara pellegrinaġġ tagħhom f’Lourdes, fejn iddispjaċihom jaraw li pajjiżna biss, mill-pajjiżi kollha, ma kienx preżenti bil-morda tiegħu. Bil-barka ta’ l-Isqof Mons. Mauro Caruana waqqfu għaqda biex tieħu ħsieb twassal il-morda Maltin għand il-Madonna f’Lourdes: president inħatar il-Kan. G. Azzopardi, segretarju s-Sur G. Galea u kaxxier is-Sur G. Debrincat.
    Il-pellegrinaġġ kien jitlaq minn Malta għal Sirakuża u minn hemm bil-ferrovija sa Lourdes: vjaġġ twil u iebes ħafna għal kulħadd u l-aktar għall-morda. Bit-tħabrik tal-Kan. G. Briffa Brincati fil-bidu tal-ħamsinijiet saru kuntatti ma’ l-U.N.I.T.A.L.S.I. (Unione Nazionale Italiana Trasporto Ammalati a Lourdes e altri Santuari nel mondo) permezz tas-segretarju tagħha li kien ukoll is-Segretarju ta’ l-Ordni ta’ San Ġwann. Bl-għajnuna tiegħu l-Ordni beda jieħu ħsieb iwassal il-morda Maltin Ruma bl-ajruplani tiegħu, u mbagħad minn Ruma l-Maltin kienu jingħaqdu ma’ pellegrinaġġi tal-U.N.I.T.A.L.S.I., jew dak tas-sezzjoni Romana Laziale jew dak tas-Sarda Sud, u aktar tard dak tas-sezzjoni Campana. Wara dan, il-pellegrinaġġ Malti kien jitlaq b’ajruplan tal-Air Malta għal Ruma u hemm jingħaqad mas-sezzjoni Campana ta’ l-U.N.I.T.A.L.S.I. F’Ruma l-pellegrinaġġ kien ikollu udjenza mal-Papa. Mis-sena 2004 il-Pellegrinaġġ beda jmur Lourdes b’ajruplan dirett minn Malta.

    ​President

    Dr Maria Meilak, M.D., D.S.S., F.S.; Tel: 21692474. Fax 21225303.

    Assistant Ekkleżjastiku

    Fr Mario Camilleri, Tel 2143 4123

    Teżorier

    M’Anne Schembri, SRN, Tel. 2145 5294

    Segretarju

    Mr Joseph Borg S.R.N., M.Sc. (H.Mgt.), Dip. Psych. Nurs. Dip. Lab. Stud., PGCHM (B’gham). Tel. 2169 1978

    Tabib

    Dr. Nicholas Vassallo, M.D.