Għaqda Studenti tat-Teoloġija

  • Għaqda Studenti tat-Teoloġija

  • Għaqda Studenti tat-Teoloġija,
    c/o Fakultà tat-Teoloġija,
    Università ta’ Malta,
    Msida, MSD 2080,
    Malta.

    Website
    www.ghstmalta.org

    E-mail
    ghst@um.edu.mt

    L-Għaqda Studenti tat-Teoloġija (Għ.S.T.) twaqqfet fis-6 ta’ Novembru 1945, bl-isem ta’ “Royal University Students’ Theology Association” (R.U.S.T.A.). L-Għaqda ħadet l-isem li għandha issa fl-1978, wara li l-Fakultà tat-Teoloġija ma baqgħetx tifforma parti mill-Università minħabba riformi li kienu saru. Il-Fakultà reġgħet lura l-Università fl-1988. Tul iż-żmien li l-Fakultà għamlet barra mill-Università, l-Għ.S.T. dejjem esprimiet ix-xewqa profonda li l-Fakultà terġa’ ssir parti integrali mill-Università, kif inhi llum.

    Għanijiet
    • Li tirrappreżenta lill-membri tagħha ma’ l-awtoritajiet Universitarji.
    • Tiggwida l-membri tagħha fl-għarfien tas-sinjali attwali taż-żminijiet fl-ambjent Malti fid-dawl ta’ Alla.
    • Tgħin lill-istudenti Universitarji fil-mixja tal-fidi tagħhom fis-soċjetà tal-lum, permezz tat-Teoloġija.
    • Tagħti wkoll il-kontribut nisrani tagħha fl-iżvilupp tal-kultura f’pajjiżna.

    Pubblikazzjonijiet
    F’Marzu 1947, l-Għaqda bdiet tippubblika rivista bl-isem ta’ Melita Theologica. Din ir-rivista li toħroġ darbtejn f’sena tinkludi artikli ta’ natura filosofika, ta’ xjenzi umani, ta’ dommatika, ta’ skrittura u ta’ Teoloġija morali u fundamentali. Wara ftehim li ntlaħaq riċentament, Melita Theologica saret il-ġurnal uffiċċjali tal-Fakultà tat-Teoloġija, ippubblikata bejn il-Fakultà tat-Teoloġija, l-Għaqda Studenti tat-Teoloġija u l-Fondazzjoni tal-Istudji Teoloġiċi.
    L-Għaqda għandha wkoll il-blog elettroniku tagħha www.zuntier.com.

    Attivitajiet
    L-Għaqda torganizza kull sena lejla akkademika f’ġieh San Tumas t’Akwinu. Din l-attività tipprovdi lill-pubbliku l-opportunità li jiltaqa’ ma’ teologi ta’ fama internazzjonali li jaqsmu magħna r-riflessjonijiet siewja tagħhom fuq l-esperjenza tal-fidi fid-dinja ta’ llum.
    L-Għaqda torganizza wkoll attivitajiet ta’ natura soċjali, rikreattiva u intellettwali għall-membri tagħha kif ukoll għall-istudenti ta’ l-Università. Waħda minn dawn l-attivitajiet hi kampanja karitattiva fuq il-kampus tal-Università bl-isem ta’ “Make My House a Home”, li fiha tiġbor flus għall-Preventive Care Unit fi ħdan l-Uffiċċju Djar tat-Tfal.

    Kumitat Eżekuttiv

    President: Sinclair Bugeja (S.Th.B. III)
    Segretarju: Bernard Micallef (S.Th. B. II)
    Teżorier: Jurgen D’Amato (BA Theology III)
    P.R.O.: Evan Demicoli (BA Theology and Philosophy II)
    Membru: Charlon Muscat (S.Th.L. I)

    Rappreżentanti tal-Istudenti u Membri Ex-Officio: Rev. Dillon Bugeja (S.Th.L. II)
    Anton D’Amato (S.Th.B. II)

    Membru Ko-optjatSimon Azzopardi (BA (Hons) Theology IV)

    Rappreżentanti fuq il-Bord Amministrattiv tal-Melita Theologica: Sinclair Bugeja (S.Th.B. III) Bernard Micallef (S.Th. B. II)

    Rappreżentanti fuq il-K.P.S.: Sinclair Bugeja (S.Th.B. III)
    Evan Demicoli (BA Theology and Philosophy II)

    Rappreżentanti fuq il-K.E.: Jurgen D’Amato (BA Theology III)
    Anton D’Amato (S.Th.B. II)

    Editur ta’ Zuntier.com: Anton D’Amato (S.Th.B. II)

    Rappreżentant tal-Korsijiet ta’ Filgħaxija: Simon Azzopardi (BA (Hons) Theology IV)

    Webmaster: Matthew Pulis (S.Th.B. I)